Avvizi: L-14-il Hadd Tas-Sena - Sena A - 09-07-2017

 

Is-Sibt:
 
Illum jahbat id-29 Anniversarju mill-ordinazzjoni Sacerdotali tal-Arcipriet. Nitolbu ghalih u nixtiequlu Ad Multos Annnos.
 
Il-Hadd:
 
Fr Mark qed jistedinna ghall-ewwel Quddiesa Solenni tieghu li se ssir ghada/illum fis-6.30 pm fil-Knisja Arcipretali ta’ Haz-Zebbug.
It-Tlieta:
 
Nhar it-Tlieta inkomplu bis-Summer Club ghat-tfal. Fit-8.30 am ikollhom quddiesa animata ghalihom fl-Oratorju.
 
Nhar it-Tlieta l-Azzjoni Kattolika ser jorganizzaw gurnata Ghawdex. Tluq minn wara l-knisja fis-6.00am. Biljetti minghand il-helpers.
 
Il-Hamis:
 
It-2 Harga tas-Summer Club, se ssir nhar il-Hamis wara l-quddiesa tat-8.30 am fl-Oratorju, u se tkun ghall-Isplash and Fun Biljetti bi prezz ta’ €9 ghat-tfal u €16 ghall-kbar li jinkludu trasport u entratura jinkisbu mill-Uff.Parr. jew mis-Summer Club. Ahsbu kmieni. Jista’ jigi kulhadd u tistghu tigu bit-trasport taghkom.
 
Il-Gimgha:
 
Nhar il-Gimgha fil-knisja tal-Ispirtu s-Santu ser issir celebrazzjoni f’gheluq is-77 Anniversarju tal-Adorazzjoni Perpetwa. Fis-5.30 pm isir it-talb tas-salmi ta’ filghaxija u wara quddiesa ta’ ringrazzjament. Kulhadd mistieden.
 
Is-Sibt:
 
Fl-okkazjoni tal-ahhar Dehra ta’ Lourdes, ser isir Pellegrinagg, Ruzarju u Quddiesa nhar is-Sibt fis-6.30pm fil-Grotta tal-Istitut ta’ Gesú Nazzarenu.
 
Il-Hadd:
 
Nhar il-Hadd fid-9.15 a.m. fil-Knisja Parrokkjali, jkun hawn il-Quddiesa bil-Maghmudija.
 

 
• Fl-ufficcju parrokkjali qeghdin jintlaqghu ir-registrazzjonijiet tat-tfal ghall-klassijiet tad-duttrina ghas-sena li tibda f’Settembru. Infakkru li jridu jigu registrati kemm tfal li se jattendu ghall-ewwel darba, kif ukoll dawk li digá qed jattendu.
 
• Id-DVD tal-Ewwel Tqarbina jista’ jingabar mill-Ufficcju Parrokkjali. Trid tigi pprezentata l-ircevuta.
 
• Fit-talb taghna niftakru fl-erwieh ta’ Maria Borg u Charlie Borg li mietu matul din il-gimgha. Aghtihom Oh Mulej...... 
 

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.