Avvizi: It-13-il Hadd Tas-Sena - Sena A - 02-07-2017

Is-Sibt/ Hadd:

Illum qed issir il-gabra specjali tal-1 Hadd tax-Xahar. Inkunu generuzi.

Il-Hadd:

Ghada/Illum fid-9.15am fil-Knisja Parrokkjali jkun hawn quddiesa bil-Maghmudija.

Ghada/illum Il-mobile blood donation unit ser ikun magenb il-knisja Parr., bejn it-8:30am u 1:00pm. Hudu maghkom l-I.D.card.

It-Tnejn:

l-Adolexxenti li ser jircievu l-Grizma tal-Isqof ser jiltaqghu fil-Knisja Parrokkjali fis-7.00pm biex jircievu l-Accettazzjoni tal-Grizma.

Il-Hamis:

L-ewwel laqgha u l-1 harga tas-Summer Club, se ssir nhar il-Hamis wara l-quddiesa fit-8.30 a.m. fl-Oratorju u se tkun ghall-Film f’Cinema. Biljetti bi prezz ta’ €5.00 li jinkludu trasport, entratura u popcorn jinkisbu mill-Uff.Parr. Infakkru li ghall-hargiet jistghu jattendu anke tfal li ma jigux is-Summer club. Formoli ghas-Summer club jinkisbu mill-Ufficcju Parrokkjali sa nhar l-Erbgha.

Il-Gimgha:

Nhar il-Gimgha hi l-Ewwel Gimgha tax-Xahar, filghodu jsir it-Tqarbin tal-Morda. Wara l-quddiesa ta’ filghaxija, fil-Knisja Parrokkjali, issir Adorazzjoni.

Is-Sibt:

Il-Parrocca se tifrah mar-Rev. Mark Spiteri waqt quddiesa li se ssir nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju fis-6.30pm. Ghaliha huwa mistieden kulhadd flimkien mal-ghaqdiet religjuzi u civili taz-Zejtun. Wara niltaqghu b’mod informali ma’ Fr Mark fis-Sala 

Fr Mark qed jistedinna ghall-ewwel Quddiesa Solenni tieghu li se ssir il-Hadd 9 ta’ Lulju fis-6.30 pm fil-Knisja Arcipretali ta’ Haz-Zebbug.

Is-Sibt jahbat id-29 Anniversarju mill-ordinazzjoni Sacerdotali tal-Arcipriet. Nitolbu ghalih u nixtiequlu Ad Multos Annnos.



• Infakkru li l-lotterija tal-offerta tal-festa se titla’ ghada/illum il-Hadd wara l-quddiesa tal-hdax. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li ghenu finanjarjament fil-Festa.

• L-Azzjoni Kattolika ser jorganizzaw gurnata Ghawdex nhar it-Tlieta 11 ta’ Lulju. Tluq minn wara l-knisja fis-6.00am. Biljetti minghand il-helpers.

• Ic-Centru Pawlu Freire ta' Fr Vince ghandhom programm ghat-tfal matul il-vaganzi tas-sajf filghodijiet. Aktar informazzjoni mic-centru stess.

• Fl-ufficcju parrokkjali qeghdin jintlaqghu ir-registrazzjonijiet tat-tfal ghall-klassijiet tad-duttrina ghas-sena li tibda f’Settembru. Infakkru li jridu jigu registrati kemm tfal li se jattendu ghall-ewwel darba, kif ukoll dawk li digá qed jattendu.

• Id-DVD tal-Ewwel Tqarbina jistghu jingabru mill-Ufficcju Parrokkjali. Trid tigi pprezentata l-ircevuta.

• Fit-talb taghna niftakru fl-erwieh ta’ Catherine Vella, Marija Caruana, Alfred Bonanno, Alfred Vassallo, Nazzareno Degabriele u Grazzja Cassar li mietu matul din il-gimgha. Il-funeral ta’ Grazzja se jsir nhar/ghada it-Tnejn fit-8.30am San Girgor. Aghtihom Oh Mulej...... 
 

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.