Avvizi: Il-5 Hadd Tal-Ghid - Sena A - 14-05-2017

Is-Sibt:

L-Adorazzjoni ghall-Qdusija tal-Kleru ser issir illejla fil-Parrocca ta’ Marsaxlokk. Il-laqgha tibda fid-9pm bil-quddiesa.

It-Tnejn:

Nhar it-Tnejn fl-4.15 pm inkomplu bit-Tberik tal-Familji. Filwaqt li nirringrazzjawkom li qed tilqghuna gewwa djarkom, ngharrfukom li l-offerta li tinghata waqt it-tberik tmur ghall-Knisja u mhux ghas-Sacerdot. Il-gabra fit-Tberik ta’ wara l-Ghid lahqet is-somma ta’ €7444. Infakkrukom taraw jew in-notice-board, jew il-Flimkien ta’ Mejju jew il-Facebook biex isibu meta jmisskom.

Nhar/ghada t-Tnejn fil-5.30pm issir il-laqgha ta’ talb ta’ Patri Piju tal-Pjagi fil-Knisja ta’ San Girgor li tinkludi Ruzarju u Quddiesa.
 
It-Tlieta:
 
Nhar it-Tlieta, fis-6.45pm fil-Knisja Parrokkjali ser issir laqgha ghall-genituri li uliedhom ser jircievu l-Grizma tal-Isqof.

l-Erbgha:
 
Il-Laqghat ta’ formazzjoni ghall-Letturi se jsiru f’dati ohra li jithabbru aktar tard.

Il-Gimgha:
 
Nhar il-Gimgha fl-10.00am issir siegha Adorazzjoni fil-Kappella ta’ Gesù Nazzarenu immexxija mis-Superjur Joe Fenech.
Mit-8.00 pm sal-10pm issir Adorazzjoni fil-Kappella tas-Sinjura. L-ewwel siegha tkun animata mill-Fratelli.
 
Il-Hadd:
 
Nhar il-Hadd fid-9.15am fil-Knisja Parrokkjali jkun hawn quddiesa bil-Maghmudija.
It-Tnejn: Nhar it-Tnejn 22 ta’ Mejju fis-6.30 pm fil-Knisja Parrokkjali quddiesa bil-prietka fuq Santa Rita.



 Fadal biss l-ahhar ftit postijiet ghat-Tour ghal Lourdes li l-parrocca qed torganizza bejn l-14 u l-20 ta’ Lulju. Booking u hlas ta’ deposit u Insurance mill-Ufficcju Parr.

 Il-Fiera ta’ Sigar u Pjanti fid-Domus se tibqa’ miftuha sa ghada/illum il-Hadd.

 Fit-talb taghna niftakru fl-erwieh ta’ Carmelo Attard u Carmela Fenech li mietu matul din il-gimgha. Aghtihom Oh Mulej il-mistrieh ta’ dejjem....
 

 

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.