Avvizi: Ir-4 Hadd Tal-Ghid - Sena A - 07-05-2017

Is-Sibt/Hadd:

Illum qed issir l-gabra specjali tal-1 Hadd ta Xahar.Inkunu generuzi.

Il-Hadd:

Ghada/Illum il-Hadd fil-Knisja Parrokkjali fid-9.15am ikun hawn Quddiesa bil-Maghmudija.

It-Tnejn:

Nhar it-Tnejn fl-4.15 pm inkomplu bit-Tberik tal-Familji. Filwaqt li nirringrazzjawkom li qed tilqghuna gewwa djarkom, ngharrfukom li l-offerta li tinghata waqt it-tberik tmur ghall-Knisja u mhux ghas-Sacerdot. Il-gabra fit-Tberik ta’ wara l-Ghid lahqet is-somma ta’ €5625. Infakkrukom taraw jew in-notice-board, jew il-Flimkien ta’ April u Mejju jew il-Facebook biex isibu meta jmisskom.

Nhar it-Tnejn niccelebraw il-Festa tal-Madonna ta’ Pompei. fil-Knisja Parr. fil-11.15am jinghad ir-Ruzarju u wara quddiesa u tinghad is-supplika tal-Madonna ta’ Pompei. F’Marsaxlokk fis-6pm jsir Pellegrinagg Nazzjonali.

It-Tlieta:

Nhar it-Tlieta, l-Azzjoni Kattolika ser jiccelebraw Jum l-Omm b’quddiesa fit-8.30am fejn joffru fjura lil Madonna. Wara se jmorru Coffee Morning. Tluq minn wara l-knisja. Biljetti minghand il-helpers.

Nhar it-Tlieta niccelebraw il-Festa ta’ San Gorg Preca. Fis-6.30pm quddiesa animata mis-Socjeta’ tal-Museum bis-sehem tal-Kor Parr.

L-Erbgha:

Nhar l-Erbgha niccelebraw l-anniversarju milll-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali. Il-quddiesa tas-6.30pm tkun bis-sehem tal-Kor.

Il-Hamis:

Nhar il-Hamis fil-5.00pm fil-knisja tal-Ispirtu s-Santu ssir laqgha bil-quddiesa tat-Terzjarji Karmelitani.

Il-Gimgha:

Nhar il-Gimgha fis-6.30pm ser issir Celebrazzjoni Marjana ghat-tfal u l-genituri hdejn il-kappella ta’ Hal Tmin. Se jkun hawn trasport ghat-tfal. Huma jinghataw ukoll tifkira sabiha.

Is-Sibt:

L-Adorazzjoni ghall-Qdusija tal-Kleru ser issir nhar is-Sibt fil-Parrocca ta’ Marsaxlokk. Il-laqgha tibda fid-9pm bil-quddiesa.


• Ninfurmawkom li d-data tal-Ewwel Tqarbina giet trasferita ghas-27 u 28 ta’ Mejju. Rigward il-Festa ta’ Santa Katarina V.M. jibqa’ kollox kif inhu.

• Fis-Sala Parrokkjali hemm il- Bazaar ta’ Jum l-Omm li se jibqa’ sa ghada/llum il-Hadd 7 ta’ Mejju. Issibu rigali, pjanti, oggetti tad-dar, kotba godda, helu, affarijiet second hand ecc. Il-hinijiet huma mit-8am-12pm u 5pm-7.30 pm.Aghtu titwila.

• Fadal biss l-ahhar ftit postijiet ghat-Tour ghal Lourdes li l-parrocca qed torganizza bejn l-14 u l-20 ta’ Lulju. Booking u hlas ta’ deposit u Insurance mill-Ufficcju Parr.

• L-Istitut Paolo Freire se jorganizza kors, ghall-genituri, nanniet u min jiehu hsieb it-tfal biex jiksbu hiliet prattici ta' kif jippjanaw u jaghmlu attivitajiet u loghob edukattiv u qari. Aktar taghrif jinkiseb mill-ufficcju ta’ Fr Vince).

• Bejn it-8 u l-14 ta’ Mejju ser tigi organizzata l- Fiera ta’ Sigar u Pjanti fid-Domus.

 L-Animazzjoni Missjunarja Tereza Nuzzo ser torganizza bazaar b’risq il-Missjoni fit-Tanzania bejn nhar it-Tnejn 8 u l-Gimgha 12 ta’ Mejju, fi Triq San Pawl.

• Fit-talb taghna niftakru fl-erwieh ta’ Maria Rosaria Lia u Manwela Galea li mietu matul din il-gimgha. Il-funeral ta’ Manwela se jsir nhar/ghada it-Tnejn fil-knisja Parrokkjali fit-8.30 am. Aghtihom Oh Mulej il-mistrieh ta’ dejjem....

 

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.