Avvizi: It-3 Hadd Tal-Ghid - Sena A - 30-04-2017

It-Tnejn:

Nhar it-Tlieta fl-4.15 pm inkomplu bit-Tberik tal-Familji. Filwaqt li nirringrazzjawkom li qed tilqghuna gewwa djarkom, ngharrfukom li l-offerta li tinghata waqt it-tberik tmur ghall-Knisja u mhux ghas-Sacerdot. Il-gabra fit-Tberik ta’ wara l-Ghid lahqet is-somma ta’ €3272. Nirringrazzjawkom. Infakkrukom taraw jew in-notice-board, jew il-Flimkien ta’ April jew il-Facebook biex isibu meta jmisskom.

Nhar/Ghada it-Tnejn, niccelebraw il-festa ta’ San Guzepp Haddiem. Fil-5.30pm ruzarju, fis-6pm ghasar u fis-6.30pm quddiesa bil-Kor. Iqaddes il-kappillan ta’ Hal Ghaxaq Fr Mario Said. Il-fratelli kollha huma mistiedna jiehdu sehem ghall-Ghasar u l-Quddiesa. 

L-istatwa ta’ San Guzepp, li bhalissa ghaddej restawr fuqha se tkun ghall wiri fl-entratura tal-Muzew Parrokkjali nhar / ghada t-Tnejn bejn id-9am u nofsinhar u bejn l-4pm u t-8pm. Ir-restawratur Twanny Spagnol se jaghti informazzjoni dwar ix-xoghol li ghaddej.

It-Tlieta:

Nhar it-Tlieta fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali ser issir laqgha ghall-ommijiet tat-tfal li ser jircievu l-Ewwel Tqarbina.

Il-Gimgha:

Nhar il-Gimgha hi l-Ewwel Gimgha tax-Xahar, filghodu jsir it-Tqarbin tal-Morda. Wara l-quddiesa ta’ filghaxija, fil-Knisja Parrokkjali, issir Adorazzjoni.

Nhar il-Gimgha fit-8.00pm fil-Museum Subien ser issir laqgha ghall-missirijiet tat-tfal li ser jircievu l-Ewwel Tqarbina.

Is-Sibt:

Is-Sibt filghaxija u l-Hadd issir l-gabra specjali tal-1 Hadd ta Xahar.
Hadd Inkunu generuzi.

Il-Hadd:

Nhar il-Hadd fil-Knisja Parrokkjali fid-9.15am ikun hawn Quddiesa bil-Maghmudija.



 Fis-Sala Parrokkjali hemm il- Bazaar ta’ Jum l-Omm li se jibqa’ miftuh sal-Hadd 7 ta’ Mejju. Issibu rigali, pjanti, oggetti tad-dar, kotba godda u qodma, helu, affarijiet second hand ecc. Il-hinijiet huma mit-8.00am-12.00pm u 5.00pm-7.30 pm.
Nitolbu lil dawk li jqassmu l-Flimkien biex jiehdu l-kopji mill-Ufficcju Parrokkjali.

 L-Azzjoni Kattolika sejrin jiccelebraw Jum l-Omm nhar it-Tlieta 9 ta’ Mejju b’quddiesa fit-8.30am fejn ser joffru fjura lil Madonna. Wara se jmorru Coffee Morning. Tluq minn wara l-knisja. Biljetti minghand il-helpers.

 Fadal biss l-ahhar ftit postijiet ghat-Tour ghal Lourdes li l-parrocca qed torganizza bejn l-14 u l-20 ta’ Lulju. Booking u hlas ta’ deposit u Insurance mill-Ufficcju Parr.

 L-Istitut Paolo Freire ser jorganizzaw kors tal-kompjuter bla hlas ghall-principjanti. Dawk interessati ghandhom jinkitbu fl-ufficcju fi Triq Sant Anglu.

 Bejn it-8 u l-14 ta’ Mejju ser tigi organizzata Fiera ta’ Sigar u Pjanti fid-Domus.

 Fit-talb taghna niftakru fl-erwieh ta’ Horace Borg u Joseph Schembri li mietu matul din il-gimgha. Aghtihom Oh Mulej il-mistrieh ta’ dejjem....
 

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.