Avvizi: L-Ghid il-Kbir - Sena A - 16-04-2017

Il-Hadd:
 
Hadd il-Ghid: Fid-9am - Quddiesa Solenni, fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem tal-Kor u wara tberik tal-figolli fuq iz-zuntier.

Fl-10.00 a.m. Purcissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt bis-sehem taz-zewg Baned tal-Parrocca. Fil-11.00am – Quddiesa ohra.

Ghada/Illum mhux ser ikun hemm tombla f’Centru Nazju Falzon.
 

It-Tnejn:
 
It-Tnejn fl-4.15 pm ikompli t-Tberik tal-Familji. Nixtiequ niltaqghu mal-membri kollha tal-Familja. Infakkru li l-offerta li tinghata waqt it-tberik tmur ghall-Knisja u mhux ghas-Sacerdot. Nirringrazzjawkom. Tistghu issibu l-programm tat-tberik ghal dawn it-3 gimghat jew fuq in-noticeboard jew fil-Flimkien.
 
L-Erbgha:
 
Nhar l-Erbgha Festa ta’ San Girgor: Fid-9.30am jibda pellegrinagg immexxi minn Mons Arcisqof Charles Scicluna, mill-kappella ta’ San Klement sal-Knisja Parrokkjali u jkompli ghall-Knisja ta’ San Girgor fejn fl-10.30am ikun hemm quddiesa.
 
Il-Gimgha:
 
Nhar il-Gimgha fl-10.00am issir siegha Adorazzjoni fil-Kappella ta’ Gesù Nazzarenu immexxija mis-Superjur Joe Fenech.
 
Mit-8.00 pm sal-10pm issir Adorazzjoni fil-Kappella tas-Sinjura.L-ewwel siegha tkun animata mill u ghall-Fratelli.
 
Il-Hadd:
 
Nhar il-Hadd It-Tqarbin Solenni (Vjatku) se johrog fid-9.00am u jghaddi mit-toroq Santa Marija, Marsaxlokk, San Alfonsu, Madonna tal-Hniena sal-Knisja Parrokkjali.
 
Filghaxija niccelebraw il-Festa tal-Hniena Divina. Fil-5.00pm fil-Knisja Parrokkjali tibda Adorazzjoni u fis-6.00pm quddiesa. Se jkun hemm sacerdoti ghall-qrar. Dawk li jistghu joffru buqari, huma mitluba jgibuhom l-Knisja Parrokkjali sal-Gimgha filghodu.
 

 
• Minn nhar/ghada it-Tnejn tibda n-Novena tal-Madonna tal-Bon Kunsill. Fis-6pm jibda l-Ghasar u fis-6.30pm quddiesa fil-kappella ddedikata lilha.
 
• Fadal ftit postijiet ghat-Tour ghal Lourdes li l-parrocca qed torganizza bejn l-14 u l-20 ta’ Lulju. Booking u hlas ta’ deposit u Insurance mill-Ufficcju Parrokkjali.
 
• Infakkru li Lotterija tal-Ghid se titla’ l-Hadd li gej 23 ta’ April. Nitolbukom titfghu l-envelopes u l-biljetti fil-qfief tal-gbir. 
 
• Il-Bazaar tal-Parrocca ghal Jum l-Omm se jsir fis-Sala Parrokkjali bejn il-Gimgha 28 ta’ April ul-Hadd 7 ta’ Mejju. Fih isibu rigali, pjanti oggetti tad-dar, kotba godda u qodma, helu, affarijiet second hand etc. Min jixtieq igibilna affarijiet minn dawn li semmejna nirringrazzjawh. Is-Sibt 29 ta’ April, il-Calypso Radio se jkun f’kollegament dirett mill-istess bazaar. Dawk li jixtiequ jirreklamaw fuq ir-radio matul dan il-hin, huma mitluba jkellmu lill-Arcipriet. 
 
• Nhar it-Tlieta, lejliet San Girgor fis-7:00pm f'San Girgor, se ssir tahdita mill-Profs Ray Mangion u organizzata minn Wirt iz-Zejtun dwar it-tradizzjoni ta’ din il-Festa. 
 
• L-Ufficcju Parr. ser ikun maghluq nhar it-Tnejn u nhar l-Erbgha, il-gurnata kollha.
 
• L-Arcipriet u l-Kleru jixtiequ l-Ghid it-Tajjeb lill-Familji taz-Zejtun kollha.
 
• Fit-talb taghna niftakru fl-erwieh ta’ Mario Bianco, Consiglia Formosa u Giocond Grech li mietu matul din il-gimgha. Il-funeral ta’ Giocond se jsir nhar/ghada it-Tnejn fit-8.30 am fil-Knisja Parrokkjali. Aghtihom Oh Mulej il-mistrieh ta’ dejjem..
 

 

 

 

 

 

 

 

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.