Avvizi: Hadd il-Palm - Sena A - 09-04-2017

Is-Sibt:


L-Adorazzjoni ghall-Qdusija tal-Kleru ser issir illejla fil-Parrocca ta’ Fleur de Lys. Il-laqgha tibda fid-9pm bil-quddiesa.

Il-Hadd:

Ghada/Illum il-Hadd niccelebraw Hadd il-Palm. Fl-10.15am isir it-Tberik taz-zebbug hdejn San Girgor u wara, Processjoni bis-sehem tal-fratelli u tfal lebsin ilbies Lhudi sal-Knisja Parrokkjali, fejn issir il-Quddiesa. 

It-Tnejn:

Nhar it-Tnejn, fis-7.15pm fil-Knisja Parrokkjali issir ic-Celebrazzjoni tal-Bews tas-Salib ghall-Partecipanti tal-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.

It-Tlieta:

Nhar it-Tlieta, fis-7:30pm fil-Knisja Parrokjali, il-Grupp Plus U, ser jitellghu, Emula; Via Sagra li tinkludi l-musical Ikun li Trid Int. Kulhadd mistieden.

L-Erbgha:

Nhar l-Erbgha, fis-6.45 p.m. fil-knisja Parrokkjali, ser issir il-funzjoni tal-Erbgha tat-Tniebri, 'Il-Liturgija tad-Dlamijiet', b’Salmi u Riflessjonijiet.

Fis-7.00pm ser issir il-Via Sagra Djocesana imexxija minn Mons Arcisqof. Tibda minn Bieb il-Belt u tispicca quddiem il-Kon-Katidral fit-8.15pm. 

Il-Hamis:

• Fid-9.15am, Koncelebrazzjoni fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann,minn Mons.Arcisqof fejn isir it-Tberik taz-zjut li jintuzaw fis-Sagramenti.
• Fis-6.30pm Koncelebrazzjoni Solenni, fejn infakkru t-Twaqqif tal-Ewkaristija, fil-lejl qabel ma Gesú bata ghalina.
• Fit-8.00pm jibdew il-Visti u fil-11.00pm jkollna siegha Adorazzjoni ghal kulhadd, animata mill-Gruppi Familji.

Il-Gimgha:

Il-Gimgha l-Kbira - jum ta’ sawm u astinenza (ma jittikilx laham).

• Fit-8.00am isir it-Tifhir ta’ Sbih il-Jum. Fit-8.30am Tqarbin tal-Morda. 
• Fid-8.45am vizti mill-Museum Subien fil-Knisja ta’ Gesú Nazzarenu. 
• Fit-3.00pm tibda t-tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Gesú.
• Fil-5.00pm tohrog il-Purcissjoni. 

Il-Biljetti ghal hrug tal-Purcissjoni jinxtraw mill-Uff. Parr. u mis-Sagristija. 

Is-Sibt:

Fit-8.00 p.m. Vgili tal-Ghid u Koncelebrazzjoni bil-maghmudija. 

Il-Hadd:

Hadd il-Ghid: Fid-9.00am - Quddiesa Solenni, fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem tal-Kor u wara lit-tfal nberkulhom il-figolli. 

Fl-10.00 a.m. Purcissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt bis-sehem taz-zewg Baned tal-Parrocca. Fil-11.00am – Quddiesa ohra.

It-Tnejn:

It-Tnejn fl-4.15 pm ikompli t-Tberik tal-Familji. Infakkru li l-offerta li tinghata waqt it-tberik tmur ghall-Knisja u mhux ghas-Sacerdot. 




• Qed isir bejgh ta’ figolli tal-lewz Pur mis-Sagristija tal-Knisja Parrokkjali. Dawn inhadmu mill-helpers fic-Centru Nazju Falzon u l-qligh imur ghall-Knisja Parrokkjali.

• Qed jitqassam il-‘Flimkien’. Mieghu issibu biljetti tal-Lotterija tal-Ghid u envelope. Dawn ghandhom jintefghu fil-qfief tal-gbir jew jingiebu fl-uff. Parrokkjali. 

• Dawk li jistghu joffru belladonna, cikas u fjuri bojod ghall-artal tal-Adorazzjoni (sepulkru) huma mitluba jgibuhom l-Knisja Parrokkjali.

• Dawk li ghadhom ma hallsux it-tessera tal-Gimgha l-Kbira, huma mitluba jaghmlu hekk nhar it-Tlieta bejn is-5.45pm u s-6.30 pm fl-Ufficcju Parrokkjali. Dan hu l-ahhar cans biex jiehdu sehem. Il-polza ghal-lasta fil-vara l-Kbira se ssir nhar/ghada t-Tnejn fis-7pm fis-sagristija. Il-polza ghal-lasta fil-monument issir it-Tlieta fl-istess hin u post.

• Il-Parrocca qed torganizza tour ghal Lourdes bejn l-14 u l-20 ta’ Lulju. Booking u programm u deposit mill-Ufficcju Parrokkjali. Ghandna 30 biljett. 

• Nhar/Ghada it-Tnejn tibda gimgha ta’ Sagrificcju. Se jkun hawn fil-knisja kaxxi apposta biex nitfghu l-offerta taghna ghall-familji fil-bzonn. 

• Fit-talb taghna niftakru fir-ruh ta’ Joseph Abela li miet matul din il-gimgha. Aghtih Oh Mulej il-mistrieh ta’ dejjem....
 

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.