Avvizi: Il-5 Hadd Tar-Randan - Sena A - 02-04-2017

Is-Sibt/Hadd:

Illum qed issir l-gabra specjali tal-1 Hadd ta Xahar. Inkunu generuzi.

Il-Hadd:

Ghada/Illum il-Hadd fil-Knisja Parrokkjali fid-9.15am ikun hawn il-Quddiesa bil-Maghmudija.

It-Tnejn:

Nhar/ghada t-Tnejn fil-5.30pm issir il-laqgha ta’ talb ta’ Patri Piju tal-Pjagi fil-Knisja ta’ San Girgor li tinkludi Ruzarju u Quddiesa.

It-Tlieta:

Nhar it-Tlieta l-Azzjoni Kattolika ser jorganizzaw Pellegrinagg ghal Ghawdex, fejn issir il-Via Sagra fuq l-gholja tal-Ghammar u zjara fil-knejjes fejn hemm il-vari. Tluq fis-6.30am minn wara l-knisja. 
 
Il-Gimgha:

Nhar il-Gimgha – Festa tad-Duluri. Fil-Knisja Parrokkjali: Fid-11.00am quddiesa ghat-tfal tal-iskola. Fl-4.30pm qrar, fil-5.15am quddiesa, fis-6.00pm Purcissjoni. Wara l-purcissjoni issir quddiesa ohra. Il-Pulizija talbuna navzaw biex ma jithallewx karrozzi ipparkjati fir-rotta tal-Purcissjoni. 

Il-Hadd:

Nhar il-Hadd niccelebraw Hadd il-Palm. Fl-10.15am isir it-Tberik taz-zebbug hdejn San Girgor u wara, Processjoni bis-sehem tal-fratelli u tfal lebsin ilbies Lhudi sal-Knisja Parrokkjali u l-Quddiesa. 

It-Tnejn:

It-Tnejn 10 ta’ April fis-7.15pm fil-Knisja Parrokkjali issir ic-Celebrazzjoni tal-Bews tas-Salib ghall-Partecipanti tal-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.

It-Tlieta:

Nhar it-Tlieta 11 ta’ April, fis-7:30pm fil-Knisja Parrokjali, il-Grupp taz-zghazagh Plus U, ser jitellghu, Emula; Via Sagra li tinkludi l-musical Ikun li Trid Int. Kulhadd mistieden.



• Qed isir bejgh ta’ figolli tal-lewz Pur mis-Sagristija tal-Knisja Parrokkjali. Dawn inhadmu mill-helpers fic-Centru Nazju Falzon u l-qligh imur ghall-Knisja Parrokkjali.

• Beda jitqassam il-‘Flimkien’. Mieghu issibu biljetti tal-Lotterija tal-Ghid u envelope. Dawn ghandhom jintefghu fil-qfief tal-gbir jew jingiebu fl-uff. Parrokkjali. Nitolbu lil dawk li jqassmu l-fuljett biex jiehdu l-kopji taghhom mill-Ufficcju Parr.

• Il-bdil tat-tesseri jkompli illum il-Hadd bejn l-10.00 am u 12.00 pm u nhar/ghada t-Tnejn u t-Tlieta bejn is-6 pm u s-7.30 pm fl-Oratorju. Infakkru li hadd ma jithalla jiehu sehem minghajr it-tessera mill-Knisja anke jekk jipprovdi l-ilbies hu jew hi.

• Il-Biljetti ghas-siggijiet ghall-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira bil-prezz ta’ €3 jistghu jinxtraw mill-Ufficcju Parrokkjali jew minghand Mark Busuttil. 

• Dawk li jistghu joffru belladonna, cikas u fjuri bojod ghall-artal tal-Adorazzjoni (sepulkru) huma mitluba jgibuhom l-Knisja Parrokkjali.

• Ghall-Purcissjoni tal-Gimgha jinhtiegu numru ta’ forcini u 5 itfal bniet bit-tabelli tal-persunaggi. Aktar informazzjoni minghand Paul s-sagristan.

• Il-Parrocca qed torganizza tour ghal Lourdes bejn l-14 u l-20 ta’ Lulju. Booking u programm u deposit mill-Ufficcju Parrokkjali. Ghandna 30 biljett. 

• L-Istitut Paolo Freire se joffru kors filghodu, bla hlas, ghal dawk li jixtiequ jitghallmu jibdew juzaw il-kompjuter mill-bidu nett. Applikaw fi Triq Sant Anglu.

• Fit-talb taghna niftakru fl-erwieh ta’ Catherine Pulo, John Mary Zammit u Carmelo Zammit li mietu matul din il-gimgha. Aghtihom Oh Mulej il-mistrieh ta’ dejjem....
 

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.