Avvizi: It-3 Hadd Tar-Randan - Sena A - 19-03-2017

Is-Sibt/Hadd:

Ghada/Illum qed issir il-gabra ghas-Seminarju.

Il-Hadd:

Ghada/Illum fid-9.15am fil-Knisja Parrokkjali, jkun hawn Quddiesa bil-Maghmudija.

It-Tnejn:

Nhar/Ghada t-Tnejn niccelebraw is-Solennita’ ta’ San Guzepp. Fis-5.45pm l-Ghasar u fis-6.00pm quddiesa.

Fis-7.00 pm jibda Kors ta’ Ezercizzi fl-Oratorju ghall-Fratelli, Reffiegha u dawk li se jiehdu sehem fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Jipprietka Fr Mark Ellul.

L-Erbgha:

Nhar l-Erbgha u l-Hamis fis-7.30pm f’Gebel San Martin ser isiru zewg laqghat ta’ Thejjija ghall-gharajjes li se jizzewgu bejn Lulju u Dicembru ta’ din is-sena. Infakkru li dawn il-laqghat huma obbligatorji.

Il-Hadd:

Sbih il-Hadd naqilbu ghall-hin tas-sajf. Mit-Tnejn ta’ wara, il-Quddiesa ta’ filghaxija ta’ matul l-gimgha fil-Knisja Parrokkjali tkun fis-6.30pm.
It-Tnejn:

Minn nhar it-Tnejn 27 ta’ Marzu jibda kors ta’ ezercizzi ghal kulhadd fis-7.15pm f’Gebel San Martin. Jipprietka Dun Ang Seychell.

________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________

• Nhar il-Hadd 26 ta’ Marzu bejn it-8.30 am u s-1.00 pm, it-team tal-ghoti tad-demm se jkun fid-Day Centre tad-Dar tal-Anzjani hdejn San Girgor. Wiehed jista’ ukoll jiccekkja l-Pressjoni. Importanti li tigi pprezentata l-ID Card.

• L-Azzjoni Kattolika sejrin jorganizzaw:
     - Irtir bil-quddiesa fil-Kappella ta’ Gesú Nazzarenu nhar it-Tlieta 28 ta’ Marzu fid-9.15am. Imexxi Fr Ivan Attard OP.

     - Pellegrinagg ghal Ghawdex nhar it-Tlieta 4 ta’ April, fejn issir il-Via Sagra fuq l-gholja tal-Ghammar u zjara fil-knejjes fejn hemm il-vari. Tluq fis-6.30am minn wara l-knisja. Biljetti minghand il-helpers.

• Il-Biljetti ghas-siggijiet ghall-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira bil-prezz ta’ €3 jistghu jinxtraw mill-Ufficcju Parrokkjali jew minghand Mark Busuttil. Dan hu mod kif tghinu fl-organizzazzjoni tal-Gimgha l-Kbira.

• Infakkru lil dawk it-tfal li jixtiequ jiehdu sehem fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, li huma mitluba jinkitbu fis-Sagristija. L-etá tat-tfal hi bejn 6 u 14-il sena. Ghandna wkoll libsa ta’ suldat Ruman ghall-kbar, minn 16-il sena ’l fuq. Jekk ikun hemm numru izjed milli hemm bzonn, issir il-polza. Se ssir laqgha ghal dawk li japplikaw nhar il-Hadd 26 ta’ Marzu fl-10.00 am. fl-Oratorju. 

• Ghandna bzonn frieghi kbar taz-zebbug sabiex jintuzaw mal-vari tal-Gimgha l-Kbira. Dawk li jistghu jghinuna, nitolbuhom ikellmu lis-Sagristan.

• Id-Domus ser jitghella dramm tal-Passjoni ’Min Int?’, nhar il-31 ta’ Marzu u l-1 u 2 ta’ April. Biljetti mid-Domus. Ahsbu kmieni.

• Fit-talb taghna niftakru fl-erwieh ta’ Theresa Attard, Katarina Spiteri u Deborah Zahra li mietu matul din il-gimgha. Aghtihom Oh Mulej il-mistrieh ta’ dejjem....
 

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.