Avvizi: It-2 Hadd Tar-Randan - Sena A - 12-03-2017

Is-Sibt:

Illum jahbat il-50 anniversarju mill-Ordinazzjoni Sacerdotali ta’ Dun Remig Saliba. Nifirhulu u nitolbu ghalih.

L-Adorazzjoni ghall-Qdusija tal-Kleru ser issir illejla fil-Parrocca ta’ San Lawrenz, il-Birgu. Il-laqgha tibda fid-9pm bil-quddiesa.

Il-Hadd:
 
Ghada/Illum il-Hadd fid-9.15 am se jsir irtir tar-Randan ghall-fratelli u reffiegha fl-istitut Gesu’ Nazzarenu. Iqaddes u jipprietka Patri Joseph Zahra, Dumnikan.

It-Tnejn:
 
Minn nhar/ghada it-Tnejn, fit-8.30 am fil-Knisja Parrokkjali jibda l-Kors ta’ Ezercizzi ghal Kulhadd. Jipprietka Patri Juan Debono. 

Nhar/ghada t-Tnejn fil-5.30pm issir il-laqgha ta’ talb ta’ Patri Piju tal-Pjagi fil-Knisja ta’ San Girgor li tinkludi Ruzarju u Quddiesa.

It-Tlieta:
 
Nhar it-Tlieta fis-6.45pm fil-Knisja Parrokkjali ser issir laqgha ghall-genituri tal-adolexxenti li ser jircievu l-Grizma tal-Isqof.
 
Nhar it-Tlieta fis-7.30pm fil-kappella ta’ San Martin ser jibda l-Kors ta’ Kana ghall-koppji li applikaw.

L-Erbgha:
 
Nhar l-Erbgha se ssir laqgha tal-Lectio Divina mid-djaknu Mark Spiteri fis-6.45 pm f’dar it-taghlim San Girgor.
 
Il-Gimgha:
 
Nhar il-Gimgha fil-5.00pm it-tfal kollha huma mitluba jingabru fil-knisja Parrokkjali fejn ser issir Via Sagra. Fi tmiemha jittellghu xi rigali.

Nhar il-Gimgha bejn it-8pm u l-10pm ser issir Adorazzjoni fil-Kappella tas-Sinjura.

Is-Sibt/Hadd:
 
Nhar is-Sibt u l-Hadd li gej issir il-gabra ghas-Seminarju.

Il-Hadd:
 
Nhar il-Hadd fid-9.15am fil-Knisja Parrokkjali, jkun hawn Quddiesa bil-Maghmudija.

It-Tnejn:
 
Nhar it-Tnejn 20 ta’ Marzu niccelebraw is-Solennita’ ta’ San Guzepp. Fis-5.45pm l-Ghasar u fis-6.00pm quddiesa.

Fis-7.00 pm Kors ta’ Ezercizzi ghall-Fratelli u r-Reffiegha fl-Oratorju. Jipprietka Fr Mark Ellul.
______________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________

 Mill-Gabra Specjali li saret fi tmiem il-gimgha ngabru €1395.35. Minn dawn €887.99 ingabru mill-Knisja Parrokkjali u €507.36 miz-zoni. Nirringrazzjawkom.

 Infakkru li dawk it-tfal li jixtiequ jiehdu sehem fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, huma mitluba jinkitbu fis-Sagristija. Jekk ikun hemm numru izjed milli hemm bzonn, issir il-polza. L-etá tat-tfal hi bejn 6 u 14-il sena. 

 Ghandna bzonn frieghi kbar taz-zebbug sabiex jintuzaw mal-vari tal-Gimgha l-Kbira. Dawk li jistghu jghinuna, nitolbuhom ikellmu lis-Sagristan.

 Il-kap tal-iskola Primarja A talbitna navzaw li qed tilqa’ applikazzjonijiet ghad-dhul fil-Kindergarten f’Ottubru 2017 minn genituri li uliedhom jaghlqu t-3 snin bejn Mejju u Dicembru 2014. Dawn jintlaqghu waqt il-hin tal-iskola. 

 Fit-talb taghna niftakru fl-erwieh ta’ li Salvu Caruana, Manfred Hildebrandt, Consiglio Camilleri, Frances Galea u Thomas Abela li mietu matul din il-gimgha. Il-funeral ta’ Thomas (Tommy) se jsir nhar it-Tnejn fil-Knisja Parrokkjali fl-4.30 pm. Aghtihom Oh Mulej il-mistrieh ta’ dejjem....

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.