Avvizi - Il-15 il-Hadd Matul is-Sena - Sena B 15-07-2012

IL-HADD

   1. F’eghluq il-25 sena mill-ordinazzjoni ta’ Patri Adrian Cassar Pulis OC, il-quddiesa ta’ ghada/ l-lum il-Hadd fil-kappella ta’ Gesu Nazzarenu ser issir fit-8. 00am minflok fis-7. 00am.  Wara l-quddiesa kulhadd huwa mistieden ghal riceviment.

IT-TNEJN

   2. Ezercizzji fizici moderni li kienu jsiru fis-sala s-Sibt filghodu ser ikomplu min nhar/ghada t-Tnejn fic-Centru Nazju Falzon fis-6. 00pm kull nhar ta’ Tnejn u anke l-Hamis.  Infakkru li dawn l-ezercizzji jkunu jistghu jitkomplew jekk jkun hemm numru tajjeb li jattendu. 

IT-TLIETA

   3. Bhalissa qed isir xoghol interessanti fuq l-iskavi fil-Villa Rumana taz-Zejtun.  L-esperti li qed jahdmu fuq il-post qed jaghmlu stedina pubblika biex min hu nteressat jista jzur dan is-sit waqt li qed isiru l-istess skavi.   Din l-open day ser issir nhar it-Tlieta li gej 17 ta’ Lulju bejn it-8:00am u 12:00pm, id-dhul ikun mill-gate principali ta’ l-iskola Carlo Diacono fi Triq Luqa Briffa.
   4. Infakkru fil-harga ghal Ghawdex organizzata mill-Azzjoni Kattolika ghal nhar it-Tlieta li gej.  Tluq fis-6. 00am minn hdejn l-iskola primarja.

L-ERBGHA


   5. Nhar l-Erbgha hemm l-ewwel minn zewg laqghat ghall-koppji gharajjes li ser jizzewgu bejn Settembru u Dicembru li gej.  Niltaqghu fit-8. 00pm fis-sala parrokkjali.  Dawk l-gharajjes li jaghmlu dawn il-laqghat f’ parrocci ohra u jghixu fiz-Zejtun iridu xorta jikkuntattjaw lill-arcipriet biex jaghmlu l-appuntament ghall-gurament ta’ qabel iz-zwieg.  Dan il-gurament irid isir 3 xhur qabel id-data taz-zwieg.
   6. Qed jigi organizzat Bar-BQ mill-parrocca fl-Lukanda n-naha ta’ fuq ta’ Malta l-Gimgha 3 ta’ Awwissu.  Biljetti mill-helpers u l-ufficcju minn issa.

IL-HAMIS

   7. L-addolexxenti li ser jircievu l-Grizma tal-Isqof f’ Novembru  huma mfakkra li l-ewwel seminar ghalihom waqt is-sajf huwa l-Hamis li gej 19 ta’ Lulju  f’Hal Tmiem bejn is-7. 00 u t-8. 30pm.  Min ikollu bzonn trasport minn wara l-knisja fis-6. 45pm irid jinforma l-ufficcju.  F’ Dawn is-seminars tittiehed l-attendenza minhabba li huma obbligatorji.
   8. Fl-Okkazjoni ta’ l-Ahhar Dehra tal-Madonna ta’ Lourdes ser isir Pellegrinagg mill-Kappella ta’ Gesu’ Nazzarenu ghall-Grotta nhar il-Hamis li gej. Fis-6:30p. m.  jibda r-Ruzarju u wara jkun hemm Quddiesa fil-Grotta.  Wara Kulhadd huwa mistieden ghal xi haga tajba flimkien.

IL-GIMGHA

   9. It-tfal huma mistiedna ghal Night hike nhar il-Gimgha li gej.  It-tluq ser ikun minn wara l-knisja parrokkjali fid-9. 00pm u mhux fit-8. 00pm.  Immorru bit-trasport sa fejn nibdew il-mixja u fl-ahhar tal-Mixja jkun hemm ftit minuti talb.  Inkunu lura fis-1. 00 ta’ filghodu.  Genituri u familjari jistghu jakkompanjaw ukoll.  
   10. Adorazzjoni bil-lejl ser issir nhar il-Gimgha li gej fil-kappella ta’ S.  Marija.  Tibda fl-10. 00pm

IS-SIBT

   11. Dawk li jithajru jigu ghall-Festa fis-Sannat, Ghawdex nhar is-Sibt li gej, it-tluq ikun fil-4. 45pm minn wara l-knisja.  Importanti biljetti minn qabel mill-ufficcju u l-helpers u mhux dak il-hin.  Il-prezz li huwa ghat-trasport Malta u Ghawdex hu ta’ 8 Ewro ghall-kbar u 6 Ewro ghaz-zghar ma jinkludix il-vapur.

IL-HADD

   12. Kif habbarna fir-rivista FLIMKIEN bhal kull sena anke dan is-sajf il-parrocca ser tilqa’ djaknu minn Ghawdex ghal esperjenza pastorali ta’ ftit gimghat.  Gabriel Gauci huwa l-unika djaknu li gie ordnat f’ Ghawdex u huwa mill-parrocca ta’ Kercem.  Fr Mark Cachia huwa gizwita li gie ordnat sacerdot Malta fid-29 ta’ Gunju li ghadda.  Hu ser ikun maghna ftit gimghat ukoll.  Sew Fr Gabriel kif ukoll Fr Mark ser jibdew l-esperjenza taghhom minn din il-gimgha.  Nilqghuhom bil-qalb u nawgurawlhom. 
   13. Kien hemm interess f’gurnata Kemmuna u din ser issir l-Hadd 5 ta’ Awwissu bil-prezz li jinkludi transport u l-lanca, ta’ 16 Ewro ghall-kbar u 8 Ewro ghat-tfal bejn 3 u 12 il-sena. Informazzjoni mill-ufficcju.

OHRAJN

   14. Il-Kunsill Lokali Zejtun ser jorganizza Gurnata ghal Ghawdex nhar il-Gimgha 10 t'Awwissu.   Ghal biljetti kif ukoll ghal aktar informazzjoni rrikorru l-Kunsill.
   15. RIP    Carmela Abela, Geralda Cassar, Angela Abela,MaryAnne Bugeja.  Aghtihom Mulej il-mistrieh…