Avvizi - L-14 il-Hadd Matul is-Sena - Sena B 08-07-2012

IL-HADD

   1. Fil-knejjes kollha kull fejn issir il-quddies ser jibda jkun hemm kopji tal-iskeda ta’ kull xahar tal-programmi li jixxandru fuq l-istazzjon EWTN.  Dawn il-kopji ser jkunu fis-sagristiji jew hdejn il-bibien u tistghu tiehdu kopji b’ xejn.

IT-TNEJN

   2. L-applikazzjonijiet ghall-Iskola Sajf issa maghluqa.  Din ser tibda nhar / ghada t-Tnejn ghat-tfal minn 6 sa 9 snin u l-Hamis ghal dawk bejn 10 u 13 il-sena.  Fiz-zewg granet niltaqghu bejn it-8. 30am u l-11. 30am f’ Centru Nazju Falzon.
   3. Il-Parrocca ser torganizza harga sal-Festa tas-Sannat f’ Ghawdex, is-Sibt 21 ta’ Lulju.  Tluq fil-4. 45pm.  Biljetti minn issa mill-ufficcju u mill-helpers.

IT-TLIETA

   4. Il-genituri kollha li ghandhom tfal li ser jattendu ghal sena gdida ta’ Taghlim Nisrani f’Settembru li gej kienu gew avzati bil-miktub li ghandhom cans biex jirritornaw l-applikazzjoni mimlija fl-ufficcju sal-ahhar ta’ Gunju.  Bhas-soltu baqa’ numru ta’ applikazzjonijiet x’jidhlu.  Ser naghtu cans sa’ nhar il-Gimgha li gej biex jigu ritornati l-applikazzjonijiet bil-hlas ta’ 3 Ewro kull applikazzjoni.  Wara nhar il-Giimgha mhux ha jigu accettati izjed applikazzjonijiet.  Dan minhabba li irid jitlesta x-xoghol kollu ta’ tqassim tat-tfal fil-klassijiet;-xoghol li ma jistax isir kollu jekk ma jkollnix l-applikazzjonijiet kollha.  Ghalhekk nirrakomandaw lil dawk il-genituri li sa issa naqsu milli igibu l-applikazzjoni biex jaghmlu dan matul din il-gimgha.
   5. L-Azzjoni Kattolika ser torganizza gurnata Ghawdex fis-17 ta’ dan ix-xahar.  Tluq minn hdejn l-iskola primarja fis-6. 00am.  Biljetti minghand il-helpers.

L-ERBGHA

   6. L-Gharajjes li ser jizzewgu bejn Settembru u Dicembru ta’ din is-sena huma nfurmati li ghandhom jigu ghal zewg laqghat “tal-ahhar thejjija” li ser isiru l-Erbgha 18 u l-Erbgha 25 ta’ Lulju fit-8. 00pm fis-Sala Parrokkjali.

IL-HAMIS

   7. Il-genituri tat-tfal huma mgharrfa li kull nhar ta’ Sibt fil-Workshop ta’ Dar Nazareth ser jibdew jingataw lezzjonijiet f’suggetti varji, biex iservu ta’ revizjoni waqt il-vaganzi tas-sajf.  Il-hlas jkun forma ta’ donazzjoni li tmur kolha ghall-istess fondazzjoni.  L-ghalliema huma kwalifkati u ser jaghtu dan is-servizz b’mod volontarju.  Aktar informazzjoni minghand Dun Ang.

IL-GIMGHA

   8. Fil-kappella ta’ S.  Marija nhar il-Gimgha ser issir gurnata adorazzjoni minn wara l-quddiesa tat-7. 45am sas-7. 00pm meta tinghata l-Barka Sagramentali.  Din tkun marbuta mal-Festa tal-Qalb ta’ Gesu’.

IS-SIBT


   9. Fl-14 ta’ Lulju jahbat l-anniversarju minn meta bdiet l-adorazzjoni kontinwa fil-kappella tal-Ispirtu s-Santu.  Ghalhekk nhar is-Sibt li gej 14 tax-xahar ser issir quddiesa ta’ tifhir lil Alla fil-kappella tal-Ispirtu s-Santu stess u tibda fis-6. 00pm.  Kulhadd huwa mistieden.  Ninkoraggixxu biex ikun hemm aktar partecipazzjoni fl-adorazzjoni fid-diversi kappelli bis-sagrament madwar il-parrocca.
   10. Quddiesa u adorazzjoni li jsiru kull tieni Sibt tax-Xahar bhala talb ghas-sacerdoti u vokazzjonijiet ser isiru nhar is-Sibt li gej fil-knisja parrokkjali ta’ Pembroke fid-9. 00pm.  Infakkru li nixtiequ li jifforma grupp mill-parrocca li jkollu dan l-impenn ta’ talb ghall-vokazzjonijiet.

IL-HADD

   11. Qed jigi organizzat Bar-BQ mill-parrocca fl-Lukanda n-naha ta’ fuq ta’ Malta l-Gimgha 3 ta’ Awwissu.  Biljetti mill-helpers u l-ufficcju minn issa.

OHRAJN

   12. Il-Parrocca tirringrazzja lit-tfal kollha li jattendu fl-iskola primarja A u l-Kinder tal-oggetti tal-ikel li gabru b’risq il-Karita fl-okkazzjoni tal-Festa u liema oggetti tqassmu lis-sorijiet, il-Gizwiti,Fondazzjoni Nazareth u l-parrocca biex jinghataw karita.
   13. Ser issir Manifestazzjoni Marjana l-Gimgha 20 ta’ Lulju li tibda fix-xatt tal-Gzira fis-7. 15pm u quddiesa fil-knisja parrokkjali tal-Gzira mmexxija mill-Isqof ta’ Ghawdex.  Din l-attivita hija organizzata mil-Legjun ta’ Marija.
   14. RIP     Marija Saliba Marija Demanuele.  Aghtihom Mulej il-mistrieh…