
IL-HADD
1. Min nhar / ghada t-Tnejn tibda titqassam ir-rivista FLIMKIEN ghax-xahar ta’ Lulju. Id-distributuri mitluba li jigbru l-kopji mill-ufficcju parrokkjali u mhux minn Dar S. Katarina.
IT-TNEJN
2. L-Azzjoni kattolika ser torganizza harga ghat-Trade Fair l-Hamis li gej. Tluq minn wara l-knisja fis-6. 00pm u biljetti mil-kumitat.
IT-TLIETA
3. Il-Festa tal-Beatu Nazju Falzon tkun celebrata nhar it-Tlieta li gej fic-Centru Nazju Falzon stess, b’ quddiesa fis-7. 15pm u wara wine and pizza party fil-bitha. Importanti li dawk li gejjin jinfurmaw l-ufficcju jew il-helpers sa ghada t-Tnejn filghaxija.
L-ERBGHA
4. Fir-rivista FLIMKIEN fil-pagni tan-nofs hemm l-informazzjoni kollha dwar il-hidma li saret mill-partijiet kollha koncernati biex kellna Festa parrokkjali tajba. Tajjeb li kull familja tkun taf u tapprezza x’tinvolvi r-responsabbilta minn kulhadd fil-Festa.
IL-HAMIS
5. Il-Hamis li gej hemm serata ta’ talent u kant minn gruppi ta’ zghazagh u anke kbar li ser iwasslu messagg nisrani. Fost il-gruppi ser ikun hemm anke l-grupp taz-zghazagh mill-parrocca taghna “Zejtun Youth Mass”. L-attivita ser tkun fuq iz-zuntier quddiem ic-centru parrokkjali mis-7. 30pm ‘l quddiem. Kulhadd mistieden.
IL-GIMGHA
6. Nhar il-Gimgha fil-parrocca ser ikollna mument partikolari ta’ ghajnuna spiritwali kbira. Ser tkun quddiesa ta’ fejqan celebrata minn Patri Philip Cutajar OFM Cap, li wara hafna snin fil-missjoni fil-Cuba issa qed jghin mill-gdid f’ din il-hidma f’pajjizna. Il-quddisa tibda fit-8. 00pm fuq iz-zuntier quddiem is-Sala hdejn il-knisja parrokkjali. Kulhadd huwa mistieden partikolarment dawk li jixtiequ jiehdu impenn biex jiggeddu fil-Fidi jew jinsabu f’xi sitwazzjonijiet partikolari. Ser ikun hemm sacerdoti ghall-qrar. Nappellaw biex naghmlu l-akbar profit spiritwali possibbli minn dawn il-mumenti.
IS-SIBT
7. Il-Parrocca qed taghmel appell mill-gdid sabiex jidhlu abbonati godda fl-esperjenza ALLAMIEGHEK li biha wiehed jircievi b’ xejn messaggi ta’ ghajnuna spiritwali u pastorali. Kull ma jkun hemm bzonn huwa l-isem u l-kunjom, l-eta u numru tal-mobile tal-persuna fuq karta iffirmata mill-persuna stess. L-informazzjoni tista tithalla l-ufficcju jew fiz-zoni. Nafu li hemm diversi li biddlu n-numru jew is-servizz tal-mobile u ghalhekk anke dawn jehtieghu jerghu jabbonaw.
IL-HADD
8. Infakkru fid-decenza fl-imgieba taghna kollha. Din tinkludi mhux biss l-ilbies imma kif ingibu ruhna waqt li nkunu fil-knisja. Hemm bzonn aktar kontroll fuqna nfusna biex ma nitkellmux fil-knisja qisu xejn mhu xejn. Peress li hawn xi uhud li waqt xi quddies jghidu l-kliem kollu tas-sacerdot waqt il-quddiesa b’vuci gholja u qeghdin ifixxklu sew lill-ohrajn, infakkru ukoll li kulhadd huwa obbligat li JWIEGEB b’vuci gholja kif mistenni waqt il-quddiesa kollha. Huwa zball li wiehed jghid il-kliem tas-sacerdot anke b’vuci baxxa.
OHRAJN
9. Infakkru li l-applikazzjonijiet ghall-kors ta’ Kana li jibda f’ Ottubru li gej huma miftuha mill-ufficcju parrokkjali. Il-koppja gharajjes iridu jlestu dan il-kors mhux inqas minn sentejn qabel ma jizzewgu.
Alla iridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.