Avvizi - Solennita ta'San Battista. - It-12 il-Hadd Matul is- Sena B 24-06-2012

IL-HADD

   1. Dawk il-koppji li thajru jigu ghall-harga l-Hadd li gej,1 ta’ Lulju fil-Mellieha, ghandhom jikkonfermaw fl-ufficcju sa nhar l-Erbgha li gej.  Tluq minn hdejn l-iskola Primarja fit-8. 30am u nzuru x-xelters tal-gwerra, ikollna quddiesa b’riflessjoni u ikel ghal min jixtieq. Inkunu lura fl-4. 00pm.  Tistghu ggibu hbieb taghkom u anke t-tfal.

IT-TNEJN


   2. Il-MUSEUM tal-Bniet se jkun miftuh matul is-sajf nhar ta' Tnejn u nhar ta' Hamis bejn is-600pm u s-7. 00pm.  kif ukoll fil-weekend.  Se jsir programm varjat ta' taghlim, loghob u crafts.  It-tfal kollha huma mistiedna.

IT-TLIETA

   3. Il-Festa tal-Beatu Nazju Falzon ser tkun celebrata fit-3 ta’ Lulju fic-Centru Nazju Falzon stess. Nibdew b’quddiesa fis-7. 15pm fil-bitha tac-centru u wara nkomplu b’wine & Pizza party.  Kulhadd mistieden specjalment dawk li juzaw ic-centru jew kienu membri tal-post fl-imghoddi. Bookings mill-ufficcju jew mill-Azzjoni Kattolika bil-prezz ta’ 5 Ewro kull persuna.

L-ERBGHA

   4. Nhar it-Tlieta u l-Erbgha li gej ser jkun hemm jumejn ta’ adorazzjoni fil-kappella tal-Istitut Gesu Nazzarenu mis-7. 30am sas-1. 00pm u mit-3. 00pm sas-5. 45pm.  Fis-6. 00pm tkun celebrata quddiesa.

IL-HAMIS

   5. Ahna s-sacerdoti qed naghmlu stedina lill-familji kollha biex tinghaqdu maghna waqt quddiesa ta’ ringrazzjament li ser nikkoncelebraw flimkien nhar il-Hamis li gej –lejliet l-Mnarja-fis-6. 30pm fil-Knisja Parrokkjali. L-iskop ta’ din il-quddiesa huwa biex nirringrazzjaw lil Alla ghal hamsin sena sacerdozju ta’ Mons Dun Karm Zammit u Mons Dun Joe Carabott u l-25 sena anniversarju ta’ Dun Gorg Spiteri.  Inheggukom biex flimkien,niehdu din l-okkazzjoni bhala talb ghall-vokazzjonjiet sacerdotali u religjuzi u sabiex il-genituri jkollhom dejjem il-kuragg li jitkellmu u jitolbu ma’ uliedhom dwar is-sejhat li Alla jkompli jaghmel lil uliedhom.  Il-membri tal-kunsill parrokkjali u tal-ghaqdiet mistennija b’mod specjali.
   6. Permezz tal-Kummissjoni Evangelizazzjoni l-parrocca ser tibda torganizza mument ta’ talb kull nhar ta’ Hamis fir-Ramla Hall mis-7. 00pm ‘l quddiem.  Fl-istess hin koppji ohra jkunu qed jaghmlu kuntatt mal-familji li joqghodu fl-istess estate.  Kulhadd mistieden jinghaqad ghat-talb.  Nesprimu gratitudni lis-sidien ghas-self tal-post.
   7. Il-Hamis li gej ukoll z-Zejtun Nursery ser jorganizza “L-Imnarja fiz-Zejtun” hdejn il-knisja ta’ San Girgor, mit-8. 00pm ‘l quddiem u l-Gimgha mit-8. 00am sal-4. 00pm.  Kulhadd mistieden izur l-istands tal-ikel. Ikun hemm cans ukoll li zzuru l-passaggi sigrieti fil-knisja.

IL-GIMGHA

   8. Nhar il-Gimgha hija s-Solennita tal-Martirju ta’ San Pietru u San pawl.  Huwa mistenni li dak in-nhar niehdu sehem fil-quddiesa.  Nhar il-Gimgha filghodu ukoll, ser issir l-Ordinazzjoni Sacerdotali ta’ 9 zghazagh fil-Konkatidral ta’ San Gwann il-Belt fid-9. 30am.  Kull min jixtieq jista jiehu sehem imma zgur li lkoll mitluba ninghaqdu ma’ dawn is-sacerdoti godda fit-talb.
   9. Infakkru fl-applikazzjonjiet ghal Skola Sajf b’Mhabba organizzata mill-parrocca.  Din tibda fid-9 ta’ Lulju.  Dettalji mill-ufficcju.
   10. Il-Fakulta tat-Teologija fl-Universita ta’ Malta qed toffri diversi korsijiet ta’ studju ta’ Teologija sew matul il-gurnata u anke filghaxija.  Hemm ukoll korsijiet ta’ Teologija ma’ suggetti ohra bhal Filosofija, Matematika, il-Familja, iz-Zghazagh u l-Psikologija.  Informazzjoni ghad-dettalji mill-ufficcju parrokkjali.

IS-SIBT

   11. NIrringrazzjaw lil kulhadd ghall-offerti generuzi li kien hemm fil-Bukkett ta’ Mhabba b’ risq il-progett tal-Bini tal-knisja u l-Muzew, waqt il-Festa.  Ingabret is-somma ta’ 2,655 Ewro.  Grazzi lil dawk il-persuni/Familji godda li bdew jippartecipaw fl-iskema ta’ 2 jew 5 Ewro kull xahar.  Infakkru li din l-iskema tibqa’ miftuha u nhajru biex jkomplu jippartecipaw persuni u Familji ohra.  Formoli mill-ufficcju jew mill-knejjes fiz-zoni.  Tistghu taraw anke l-fuljett FLIMKIEN u l-ktieb tal-Festa.

IL-HADD

   12. Kelma ta’ apprezzament ghal dawk kollha li hadu sehem fil-quddiesa u purcissjoni tal-Qalb ta Gesu.  Kienet ferm apprezzata l-gabra u serjeta li nzammu minn kulhadd matul il-purcissjoni kollha. 

OHRAJN


   13. Infakkru li l-applikazzjonijiet ghall-kors ta’ Kana li jibda f’ Ottubru li gej huma miftuha mill-ufficcju parrokkjali.  Il-koppja gharajjes iridu jlestu dan il-kors mhux inqas minn sentejn qabel ma jizzewgu.
   14. RIP    Vincent Mizzi, Angelo Degabriele,Concetta Marmara, Theresa Mifsud.  Aghtuhom Mulej il-mistrieh ta’dejjem…