Flimkien Lejn Zejtun Ahjar

                                                                                                                    4 ta’ Mejju, 2012

SEMINAR:

IL-PARROCCA U R-RAHAL TAZ-ZEJTUN,

FLIMKIEN LEJN ZEJTUN AHJAR

 

META:          IS-SIBT 19 TA’ MEJJU 2012

HIN:              09.00 – 13.00

POST:            SALA PARROKKJALI

 

L-Arcipriet u l-Presbiterju Parrokkjali jixtiequ jistiednu lill-membri tal-Ghaqdiet Religjuzi u Socjali fiz-Zejtun, u lin-nies kollha tar-rahal ghal dan is-Seminar li se jkollu dan il-programm:

09:00      Introduzzjoni:        Il-Knisja u l-Kultura – Tradizzjoni u Sfidi

               Kelma ta’ Merhba mill-Arcipriet, Dun Eric Overend

               Ghas-Socjetà u ghall-Knisja, il-Bniedem Shih ghandu jkun importanti

-           Patri Edgar Busuttil S.J.

   Kif nistghu nikkoperaw flimkien ahjar? – Dr Ranier Fsadni

 

09:45      Interventi minn rapprezentanti ta’ entitajiet religjuzi u civili fiz-Zejtun                                   u individwi ohra mistiedna.

               B’interventi ta’ 3 minuti, kull rapprezentant/mistieden ikunu mistennija jaghtu ezempju wiehed fejn, fl-opinjoni taghhom, l-ghaqdiet jistghu jinghaqdu flimkien lejn Zejtun ahjar.

 

10:45      Waqfa ghall-kafè.

11:15      Workshops:       Il-Proposti “Lejn Zejtun Ahjar” – Il-kelliema jipprezentaw il-proposti taghhom li jigu diskussi fil-workshops.

                                    (Jinghata hin lil dawk li ma tkellmux fl-ewwel parti.)

12:15      Konkluzjoni:    It-triq bdejniha! Kull workshop isemmi punt li hareg mid-diskussjoni. Kif se nimxu ’l quddiem lejn Zejtun ahjar?

Filwaqt li nittama li narawkom, napprezza jekk tikkonferma l-prezenza tieghek.

 

Fr Eric Overend

Arcipriet