
Ghaziz/a/Gheziez
Rega’ qorob il-Pellegrinagg Parrokkjali li naghmlu bhala Parrocca lejn is-Santwarju tal-Mellieha, fejn ikollna cans ninvistaw is-Santwarju u niccelebraw Quddiesa flimkien fil-pjazza magenb is-Santwarju. Dan ser isir il-Hamis 31 ta’ Mejju li gej.
Kull min attenda dawn l-ahhar snin jaf li kull Pellegrinagg kellu tema partikolari, bhal “Il-Familja” u “Il-Knisja”. Din is-sena ser niehdu l-okkazzjoni biex nitolbu grazzja ohra kbira bhala Parrocca - dik ta’ “L-Ghaqda u l-Komunjoni:
Marija Omm l-Ghaqda u Ghalliema tal-Imhabba.
Kulhadd mistieden u mistenni li jiehu sehem fil-Pellegrinagg, izjed u izjed inti/intom li intom membri ta’ xi ghaqda jew grupp fil-Parrocca, u izjed u izjed jekk intom b’generozità kbira toffru ghajnuna u servizz u tattendu ghall-attivitajiet organizzati mill-Parrocca matul is-sena kollha.
Bhala Arcipriet, nixtieq hafna li nkomplu nifhmu izjed li jien u int/intom flimkien irridu nitghallmu u nikbru izjed fir-rispett u mhabba lejn xulxin, qabel u waqt il-hidma kollha li ssir flimkien minna. Marija hija l-ahjar ghalliema.
Nixtieq hafna li din in-nota tqisha bhala invit personali lilek, ghal dan il-Pellegrinagg. Nitolbok ukoll li tistieden ohrajn jigu mieghek. Dan hu Pellegrinagg ghal kulhadd, mhux ghall-membri tal-ghaqdiet biss.
Nitolbok u nittama li taghti l-importanza mehtiega lil dan il-Pellegrinagg u tiehu sehem maghna ghax tifhem li hu mument ta’ formazzjoni fil-hajja nisranija tieghek.
Filwaqt li mill-gdid nitolbok sabiex tmexxi l-kelma u theggeg ohrajn, nitolbok taghti risposta, li inti gej/ja, flimkien mal-post minn fejn tixtieq tirkeb, fl-Ufficcju Parrokkjali jew lill-leaders tas-soltu li huma: Georgina Zammit, Frida Grixti, Katie Fsadni, Grace Duca, Mary Anne Carabott, Tessie Carabott, Connie Apap u Theresa Abela.
Il-coaches se jigbru lil dawk interessati minn Gebel San Martin, Skola Primarja A, Ta’ Ganza, San Girgor, Hal Tmiem u tal-Hniena fis-5.45pm.
Grazzi hafna
Fr Eric Overend
Arcipriet
Alla iridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.