Stedina ghall-laqgha fil-Monasteru Benedittin tal-Imdina


Nammetti li kienet sorpiza ghalija naqra li r-regola ta’ San Benedittu ma kienetx miktuba ghal sacerdoti jew kjerici, imma ghal-lajci.  Kien il-hsieb ta’ dan il-qaddis li jaghti set ta’ regoli ghal dawk l-insara li fil-hajja taghhom ta’ kuljum xtaqu jghixu bl-ahjar mod possibli dak il-mod ta’ hajja kif prezentat lilna fl-Evangelju. 

Illum, minkejja li ghaddew aktar min elf u erba’ mitt sena minn meta inkitbet, izda f’din ir-regola wiehed ghadu jista’ jsib diversi principji li jistghu jithaddmu mhux biss fil-monasteru, imma wkoll mill-insara kollha, kemm jekk individwi jew familji, kemm jekk fl-ghaqdiet jew fil-parrocci.

Jekk tixtieq tkun taf aktar, allura nistiednek tattendi ghal-laqgha li s-Segretarjat ghal-Lajci ser jorganizza fil-Monasteru tal-Benedittini fl-Imdina, nhar it-Tlieta, 28 ta’ Frar 2012, bejn is-6.30 u t-8.00 ta’ filghaxija.

Fil-laqgha, Fr Keith Bonnici, Kappillan tal-Iklin jaghmel prezentazzjoni dwar San Benedittu u l-attwalità tar-regola tieghu fil-hajja tan-nisrani llum. Ikun hemm ukoll diskussjoni dwar l-istess suggett minn numru ta’ lajci midhla tar-regola. Dawk prezenti jkunu jistghu wkoll jaghmlu l-interventi taghhom.

Jekk ikun possibli ghalik tikkonferma l-attendenza tieghek, ikun ta’ ghajnuna ghalina minhabba organizzqazzjoni.

Nittama li niltaqghu.

www.laikos.org

ARCHDIOCESE OF MALTA
P.O. Box 29
Valletta VLT1000

www.maltadiocese.org

Alla Mieghek

Alla jridna naghmlu esperjenza prattika tal-fatt li Hu l-Missier taghna. Hu jmantnina tul hajjitna kollha. Iridna mimlija b’frott tal-Ispirtu tieghu.