18-il Hadd ta' Matul is-Sena - Sena C - 1.08.10

IL-HADD

  1. Ghad hemm numru zghir ta’ tfal li l-genituri taghhom ghadhom ma gabux l-applikazzjoni ghal sena ohra ta’ Taghlim Nisrani ghas-sena d-diehla. Dawn suppost gew ritornati gimghat ilu. Dawn il-genituri koncernati mitluba jiehdu din ir-responsabbilta b’ mod urgenti.
IT-TNEJN
  1. Wara s-success kbir taz-zewg attivitajiet kulturali li organizzat il-parrocca, dik tal-Festa f’Ghawdex u t-taghlim dwar il-Bahar, ntweriet xewqa kbira ghaz-Zjara f’ Ghawdex filghaxija bil-kummentarju fuq l-istorja ta’ Ghawdex u dawra shiha tal-Gzira Ghawdxija bl-open top coach. Ghalhekk gibna prezz irhis hafna ghal familja kollha u prezZ specjali ghat-tfal u l-Anzjani. Dawn il-prezzijiet jinkludu t-trasport Malta , il-Vapur u l-mawra f’ Ghawdex.
  2. Il-prezz jibqa’ irhis jekk inkunu numru kbir. Importanti li l-booking ghal din l-attivita li ser tkun l-Hamis 19 ta’ Awwissu isir kmieni. Nitilqu miz-zoni kollha fil-parrocca fil-5.15pm u nigu lura mal-vapur tal-11.00pm.
IT-TLIETA
  1. Il-Kappillani tal-parrocci kollha ta’ Malta jixtiequ jfakkru li matul is-sajf kollu qed ikompli jixxandar il-Programm MERZUQ, mtellgha minnhom, kull nhar ta’ Tlieta bejn id-9 u l-10pm. Ikun hemm it-telefonati ukoll. Jigu trattati aspetti tal-hajja li fihom mhux dejjem ikun car kif nghixu l-valuri nsara.
L-ERBGHA
  1. L-addolexxenti li ha jircievu l-Grizma tal-Isqof f’Novembru ghandhom it-tieni seminar ghalihom f’ Hal-Tmiem il-Hamis tal-gimgha d-diehla fis-7.00 sad-9.00pm. Ikun hemm transport minn wara l-knisja parrokkjali u lura ghat-tfal li jibbukkjaw l-ufficcju.
  2. Il-Parrini ta’ dawn l-addolexxenti huma mitluba biex jahsbu minn issa ghac-certifikati tal-Parrini. Dawk li joqghdu z-Zejtun iridu jigu l-ufficcju waqt li min ma joqghodx iz-Zejtun irid imur ghand il-kappillan ta’ fejn joqghod.
IL-HAMIS
  1. Il-Hamis li gej hemm l-mawra sal-Mdina bl-ispjega minn Gwida professjonali. It-tluq minn wara l-knisja parrokkjali fis-7.30pm u nkunu lura fl-10.30pm. Hija attivita miftuha ghaz-zghar u l-kbar. Importanti li l-bookings isiru sa nhar l-Erbgha filghodu.
IL-GIMGHA
  1. Nhar il-GImgha li gej ser issir siegha adorazzjoni fil-Knisja ta’ Gesu Nazzarenu mill-10 sal-11.00am.
IS-SIBT
  1. Il-Koppji gharajjes li attendew ghal kors ta’ Kana f’ April u Ottubru li ghadda huma mistiedna ghal laqgha socjali ghalihom l-Gimgha 20 ta’ Awwissu f’ Hal-Tmiem mit-7.45pm ‘l quddiem. Anke jekk il-koppji jkunu diga zzewwgu huma mistiedna ukoll. Il-koppji ser jigu kkuntattjati fil-granet li gejjin, bi stedina personali mill-koppji li kienu mexxewhom fil-gruppi.
IL-HADD
  1. Fl-okkazzjoni tal-Festa ta’ S. Marija, il-Quddiesa tal-Festa fil-Kappella ta’ S. Marija ser issir s-Sibt 14, fis-7.00pm u wara jkun hemm xi haga tajba fuq iz-zuntier, waqt li f’ S.Marija ta’ Hal-Tmiem il-Quddiesa tkun l-Hadd 15 ta’ Awwissu fis-7.15pm u mtellgha miz-Zghazagh.
OHRAJN
  1. Fit-13 ta’ Awwissu ser tkun mnedija fil-Parrocca tal-Mgarr l-Jum Dinji taz-Zghazagh b’ quddiesa minn Mons Arcisqof fit-8.00pm fuq iz-Zuntier tal-Knisja. Kulhadd specjalment iz-zghazagh huwa mistieden. Wara jkun hemm grupp jdoqq muzika nisranija u stands bl-ikel.
  2. Pellegrinagg tal-Hniena Divina ghall-Polonja ser jkun organizzat mill-31 ta’ Awwissu sas-7 ta’ Settembru. Ser jitmexxa minn Mons Arcisqof. Dettalji mill-ufficcju parrokkjali.
  3. Dawk interessati fit-tour/Pellegrinagg ghas-Sinai jistghu jigbru programm mill-ufficcju.
  4. RIP     Rose Galea, Catherine Fardell,   Joyce Schembri Aghtihom Mulej il-mistrieh…

Alla Mieghek

Henjin dawk il-qaddejja li meta jigi sidhom isibhom jishru. Jekk jigi Gesu bhalissa jsibek tistennieh?

 

Blessed are those servants that when their master arrives, finds them waiting for him. If Jesus had to come at this moment. will he finds you waiting for him?