17-il Hadd ta' Matul is-Sena - Sena C - 25.07.10
IL-HADD
1. Il-harga annwali tas-sena organizzata mill-Azzjoni Kattolika ghal Ghawdex ser tkun nhar it-Tlieta li gej. Tluq fis-6.00am minn hdejn l-iskola primarja. L-ahhar biljetti mill-kumitat immedjetament.
IT-TNEJN
2. Il-gimgha d-diehla l-parrocca qed torganizza attivita kulturali ohra. Ser tkun mawra madwar it-toroq tal-Mdina. Ser inkunu mmexxija minn Gwida Professjonali mill-parrocca taghna li ser tghina nifhmu izjed l-istorja. L-appell huwa ghat-tfal, addolexxenti u anke kbar. Wara jkun hemm cans ghal xi haga friska ghal min jixtieq. Nitilqu minn wara l-knisja fis-7.30pm. Bookings minn issa mill-ufficcju
IT-TLIETA
3. Adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Hniena Divina ser ssir nhar it-Tlieta li gej bejn is-7.00 u t-8.00pm fil-kappella tas-Salvatur. Hija miftuha ghal kulhadd.
L-ERBGHA
4. Il-parrocca qed torganizza attivita socjali b’ tombla kull nhar ta’ Erbgha filghaxija fil-bitha ta’ Centru Nazju Falzon. Nibdew mis-7.00pm ‘l quddiem. Kulhadd huwa mistieden.
IL-HAMIS
5. Biex nifhmu izjed r-responsabbilta diretta li kull nisrani ghandu lejn il-Holqien, u bhala taghrif generali utli ghal kulhadd, il-Parrocca qed torganizza serata ta’ taghrif u esperjenza dwar il-bahar, hdejn il-bahar. Ghalkemm l-istedina hija principalment ghall-addolexxenti imma hija miftuha ghal kulhadd anke kbar. Il-prezentazzjoni minn esperta fuq is-suggett mill-parrocca taghna, ser tkun wahda partecipattiva hafna. Wara jkollna haga tajba flimkien. Inheggu biex in-numru ta’ dawk li wrew interess ikompli jikber. It-trasport minn wara l-knisja fis-7.00pm. Bookings mill-ufficcju.
IS-SIBT
6. L-attivita kulturali ghal Awwissu organizzata mill-parrocca tohodna sa Ghawdex. Ser naghmlu l-mawra tal-gzira kollha bil-kummentajru fuq l-istorja t’ Ghawdex, permezz tal-open top coaches ghall-frisk ta’ filghaxija. Din l-attivita ser tkun l-Hamis 19 ta’ Awwissu. Hemm prezz tajjeb u rhis hafna jekk inkunu numru kbir. Zgur li din l-attivita tolqot it-tfal, addolexxenti u anke l-kbar. Hija tajba bhala harga ghall-familja kollha. Ikun hemm cans biex nieqfu ghal xi haga friska. Bookings minn issa mill-ufficcju.
IL-HADD
7. Il-patrijiet Frangiskani Minuri li jghixu fil-komunita Dar Jacoba Wied il-Ghajn quddiem l-impjant tar-Riciklagg, qed jaghmlu stedina generali lill-parrocci ta’ madwar biex min irid imur u jzur il-post taghhom s-Sibt li gej filghaxija. Fis-7.00pm ikun hemm quddiesa. L-iskop hu biex wiehed jkun jaf x’ opportunitajiet joffri l-post u l-patrijiet li jghixu hemm.
OHRAJN
8. Il-programm tal-Pellegrinagg-Tour tas-Sinai li l-Parrocca qed torganizza ghal darb’ ohra f’Dicembru li gej huwa finalizzat. Id-dati huma bejn il-5 u 16 ta’ Dicembru. Programm u dettalji kollha jinkisbu mill-ufficcju parrokkjali.
9. RIP Silvestru Abela, Teresa Mifsud, Teresa Caruana. Aghtihom Mulej il-mistrieh ta’ dejjem…