16-il Hadd ta' Matul is-Sena - Sena C - 18.07.10

IL-HADD

1               Infakkru li l-quddiesa taz-Zghazagh ghada l-Hadd / (Il-Lejla) ma tkunx San Girgor imma fil-misrah tas-Suq fis-7.15pm.
 
2             Ninghaqdu mal-appell li qed jinstema dawn il-granet b’ mod urgenti u allarmanti, biex jinghata d-demm minn dawk kollha li huma b’ sahhitom. Infakkru li ghada / (illum) il-Hadd nistghu naghtu d-demm fis-Sala Parrokkjali hdejn il-knisja parrokkjali. Nheggu mill-gdid biex quddiem in-nixfa ta’ demm fl-isptarijiet nhossu b’ kuxjenza d-dmir li noffru l-ghajnuna u naghtu d-demm. Ingibu maghna l-Karta tal-Identita.
 
IT-TNEJN
3              Nhar / (Ghada) it-Tnejn hija gurnata bahar ghall-abbatini u l-genituri taghhom. Nitilqu minn wara l-knisja parrokkjali fit-8.30am u nkunu lura fil-5.00pm.
 
4             Nhar / (Ghada) t-Tnjen hemm l-ewwel mument ta’ talb fuq barra ghal matul is-sajf. It-Tnejn niltqghu f’ Misrah Gorg Busuttil fi Triq San Piju X bejn is-7.30 u -9.00pm. Ikun hemm adorazzjoni animata u presenza ta’ sacerdoti ghall-Qrar u min jixtieq ghajnuna.
 
IT-TLIETA
5        Il-koppji mizzewgin kollha li jghinu fil-korsijiet ta’ Kana mitluba jattendu ghal laqgha importanti nhar it-Tlieta li gej fis-7.30pm fl-ufficcju parrokkjali. Mitluba jattendu anke dawk il-koppji li ilhom ftit ma jippartecipaw u dawk li gew mistiedna dan l-ahhar biex jghinu. Din il-laqgha ma’ Fr Paul Galea, Psikologu, tittratta xi zviluppi li saru fil-kors dan l-ahhar.
 
L-ERBGHA
6             Hemm Bar B Q miftuh ghal kulhadd fid-Domus nhar l-Erbgha li gej li jibda mis-7.30pm ‘l quddiem.
 
IL-HAMIS
7              Dawk il-persuni kollha li matul is-sena jghinu fit-tindif tal-knejjes fiz-zoni u kappelli zghar huma mitluba li jattendu ghal laqgha importanti nhar il-Hamis li gej fis-7.00pm fl-ufficcju parrokkjali. Ninsistu fuq l-importanza ta’ din il-laqgha.
 
8             Laqgha dwar kif il-Kelma ta’ Alla tghin fir-relazzjoni u l-hajja tal-koppja ser issir ghal koppji gharajjes u mizzewgin godda. NIltaqghu fl-ufficcju parrokkjali fit-7.45pm nhar il-Hamis li gej.
 
IL-GIMGHA
9             Nhar il-Gimgha li gej jibda l-weekend camping ghall-abbatini zghar ie bejn 10 u 13 il-sena f’ Hal-Tmiem. Importanti li l-genituri jikkonfermaw minn qabel l-partecipazzjoni ta’ uliedhom. Il-Gimgha l-camping jibda fil-5.00pm.
 
IS-SIBT
10          Nigbdu l-attenzjoni ta’ kulhadd dwar id-dmir li nilbsu decenti l-hin kollu b’ rispett lejn gisimna. Dan b’ mod specjali meta nidhlu l-knisja u kull post iehor tal-knisja bhal ma huwa l-ufficcju parrokkjali.
 
OHRAJN
11           Infakkru li l-Kummissjoni Parrokkjali Ambjent qed torganizza mezz ta’ taghrif fuq aspetti tal-ambjent. L-iskop hu biex napprezzaw izjed dak li hafna drabi ma nafux dwaru bizzejjed. Il-Hamis 29 ta’ Lulju ser ikollna l-ewwel mument dwar il-Bahar u mmorru hdejn il-bahar tas-Sliema. Hemm nircievu informazzjoni u taghrif minn esperta fuq is-suggett u nispiccaw b’ xi haga tajba. Mistiedna b’ mod specjali l-addolexxenti imma jista jigi kulhadd. Ghandna nibbukkjaw fl-ufficcju parrokkjali.

Alla Mieghek

Henjin dawk il-qaddejja li meta jigi sidhom isibhom jishru. Jekk jigi Gesu bhalissa jsibek tistennieh?

 

Blessed are those servants that when their master arrives, finds them waiting for him. If Jesus had to come at this moment. will he finds you waiting for him?