Hadd il-Ghid - Sena C - 04.04.10

IL-HADD

1.                  Waqt li nawguraw l-Ghid Qaddis lil kull Familja, il-Knisja f’ Malta qeghda tistedinna mill-qalb biex niehdu sehem fil-Pellegrinagg bi thejjija ghaz-Zjara tal-Papa, nhar il-Gimgha li gej 9 ta’ April. It-trasport ser ikun miz-zoni kollha fil-parrocca jekk jkun hemm ismijiet bbukkjati. Ghalhekk tistghu tibbukkjaw fl-ufficcju jew fiz-zoni sal-Hamis filghodu u ghidu minn fejn ser tirkbu ukoll. It-trasport nhar il-Gimgha li gej jitlaq fil-4.45pm u l-Pellegrinagg ser jkun mic-Centru tal-Gizwiti f’ Targa Gap , il-Mosta sal-kappella ta’ San Pawl tal-Hgejjeg. Hija okkazzjoni biex il-genituri jiehdu t-tfal maghhom u naghmlu talb flimkien. Huwa mistenni mill-ghaqdiet li jheggu lill-membri biex jattendu bi hgarhom.
 
2.                 Ir-rivista “FLIMKIEN” ta’ April 2010 theggigna biex inkabbru fina l-entuzjazmu
ghall-migja ta’ Papa Benedittu XVI fostna. Kemm fl-Editorjal kif ukoll fil-pagna ta’ Mons . Arcisqof naqraw li l-Papa gej Malta biex jaqsam maghna esperjenza ta’ fidi, tama u mhabba, li zejnu biha Alla l-Imbierek, permezz ta’ Ibnu Gesù.
Fir-rivista naqraw ukoll kif il-generozità taghna lejn Alla l-imbierek m’ghandhiex tkun bl-imqieta. Kristu hu dejjem fil-knisja, mhux fil-Hdud u l-btajjel kmandati biss. Dun Pawl Camilleri jenfasizza fuq l-importanza tal-Quddiesa ta’ kuljum; u jheggigna biex inkunu ‘devoti’ veri u appostli tal-Quddiesa ta’ kuljum
 
IT-TNEJN
3.                 Nhar / Ghada t-Tnejn jibda t-Tberik mill-4.00pm ‘l quddiem skond il-programm li jinstab fir-rivista FLIMKIEN ta’ dan ix-xahar. Ghada / Nhar it-Tnejn jitbierku toroq
S. Lucija, Xejba, S Emidju, Qawri, S Felic, Misrah, Sqaq u Triq Bandolier,Misrah Repubblika, S. Bastjan.
 
IT-TLIETA
4.                 Ghad baqa’ postijiet ghall-Harga nteressanti li qed norganizzaw ghat-tfal nhar it-Tlieta li gej. Il-post ser ikun il-Gnien tal-Majjistral fil-Manikata. Jistghu jigu tfal biss u ser jkun hemm adulti bizzejjed li jiehdu hsiebhom. Nitilqu fid-8.45am minn hdejn l-iskola Primarja u nigu lura fis-1.30pm. IMPORTANTI HAFNA LI T-TFAL JIBBUKKJAW L-UFFICCJU SAT-TNEJN FILGHAXIJA.
 
5.                 Laqgha ta’ talb ta’ Patri Piju tal-Pjagi ser issir nhar it-Tlieta fil-5.30pm fil-Knisja ta’ San Girgor.
 
6.                 Infakkrukom li l-Kappillani ta’ Malta qed ikomplu jorganizzaw diskussjonijiet mal-poplu permezz tal-Programm MERZUQ li jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fid-9.00am fuq Radju RTK. Hemm il-possibbilta ta’ telefonati ukoll.
 
L-ERBGHA
7.                 Waqt li issa jibda t-Tberik tal-Familji, ser jitkomplew z-Zjajjar fil-Familji li kienu bdew minn Jannar li ghadda. Lil dawn il-familji jsirilhom it-Tberik fl-istess hin u jkunu nfurmati minn qabel.
 
8.                 Il-Festa ta’ San Girgor tkun celebrata nhar l-Erbgha li gej. Il-purcissjoni bis-sehem tal-fratelli u abbatini tibda minn San Klement fid-9.30am u tghaddi minn Toroq S. Ang, S Katarina sal-Knisja Parrokkjali u wara ftit talb tkompli tul Triq S Girgor sal-Knisja fejn tibda l-Quddiesa mmexxija mill-Kapitlu tal-Katidral fl-10.15am. Ilkoll mistiedna niehdu sehem. Dak in-nhar ma jsirx tberik u l-Ufficcju parokkjali jiftah filghaxija biss.
 
IL-HAMIS
9.                 Infakkru li kull min jixtieq juza t-trasport organizzat ghall-quddiesa tal-Papa fuq il-Fosos l-Hadd 18 ta’ April ghandu jibbukkja fl-ufficcju. Dak in-nhar mhux ha jithallew karozzi ohra jidhlu fil-Furjana, waqt li t-trasport jwassalna sa hdejn il-post.
 
10.             Meta l-Papa jkun sejjer lura lejn l-ajruport l-Hadd 18 ta’ Mejju hu ser jghaddi miz-zona tal-parrocca taghna u ghalhekk hemm stedina generali biex insellmu lil Papa waqt li jkun ghaddej minn Triq Tal-Barrani bejn Triq 25 ta’ Novembru u Triq il-President Anton Buttigieg bejn is-6.30pm u 7.30pm. Tajjeb li ngibu bnadar tal-Papa, Ta’ Malta u taz-Zejtun u t-tfal jistghu jzommu tabelli kbar bl-Isem ZEJTUN.
 
IL-GIMGHA
11.               L-ewwel laqgha ghall-genituri li uliedhom ser jircievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena ser issir il-Gimgha 16 ta’ April fis-7.15pm fis-Sala Parrokkjali. Dak in-nhar ser ikun hemm l-inkarigati tar-ritratti u DVD. Il-genituri kollha sew missirijiet kif ukol ommijiet iridu jattendu.
 
IS-SIBT
12.             Iz-zghazagh mpenjati fil-grupp ‘Zejtun Youth Mass” ser jorganizzaw Car wash nhar is-Sibt li gej mid-9.00am sas-7.00pm.fil-car park wara l-Knisja. Nitolbu l-koperazzjoni bil-partecipazzjoni ta’ hafna. Id-dhul ser jghin biex jkun hemm mezzi ahjar waqt ic-celebrazzjonijiet specjalment tal-quddies.
 
13.              Adorazzjoni ghall-Qdusija tal-Kleru ser issir nhar is-Sibt li gej fil-parrocca ta’ H’ Attard. Tibda fl-9.45pm. Dawk interessati ghandhom jibbukkjaw t-trasport mill-ufficcju.
 
IL-HADD
14.             Il-Festa tal-Hniena Divina ser niccelebrawha nhar il-Hadd li gej billi dak in-nhar fil-5.00pm tibda siegha adorazzjoni animata u jkun hemm il-qrar u l-quddiesa fis-6.00pm.
 
OHRAJN
15.              Baqa ftit voluntiera li tlabnihom biex jirritornaw l-formula dwar s-servizz li qed jaghtu bhala anzjani fil-parrocca. L-ahhar cans biex jkunu rritornati huwa nhar l-Erbgha li gej fl-ufficcju parrokkjali.
 
16.             Nergaw infakkru li kull min jista joffri fjuri ghal waqt iz-zjara tal-Papa, mitlub
jikkuntattja l-ufficcju parrokkjali.
 
17.              RIP     Angela Desira. Aghtiha Mulej…