Ir-Raba` Hadd tar-Randan - Sena C - 14.03.10
IL-HADD
1. Ghada / (dalghodu) hemm il-harga kulturali fit-tlett ibliet. Baqa’ xi postijiet. It-tluq fit-8.30am minn wara l-knisja parrokkjali.
2. Ghall-Produzzjoni ta’ Play tajba hafna tal-kittieb Lino Grech fid-Domus bl-isem “Divorzju bi Prova”, baqa’ biss xi ftit biljetti ghal Hadd.
IT-TNEJN
3. Nhar / (Ghada) t-Tnejn hemm l-ahhar riflessjoni ghar-Randan fuq il-Fidi u l-Ambjent. NIltaqghu t-Tnejn f’ Dar it-Taghlim San Girgor fis-7.15pm.
IT-TLIETA
4. Bhal nhar it-Tnejn li gej 8 ijiem ser issir ic-Celebrazzjoni tal-Bews tas-Salib ghal dawk kollha li jiehdu sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Infakkru li din il-laqgha hija obbligatorja u tibda fis-7.00pm fil-knisja parrokkjali.
5. Il-koppji gharajjes li bbukkjaw ghall-kors ta’ Kana li ser jibda fil-parrocca f’ April, huma mgharfa li l-kors ser jibda gimgha wara ie fit-13 ta’ April minflok fis-6 tax-xahar fis-7.30pm fis-Sala Parrokkjali.
L-ERBGHA
6. Din il-gimgha l-Parrocca ser tircievi minghand Mons Arcisqof ir-rapport finali dwar il-Vista Pastorali. F’ dan ir-rapport Mons Arcisqof ser jindika punti li jara li ghandna bzonn nahdmu fuqhom u jittiehdu azzjoni dwarhom bhala parrocca. Dan ir-rapport jkun pubbliku u ser jigi ukoll diskuss fl-Assemblea Parrokkjali li l-Parrocca ser taghmel fl-ahhar ta’ April, fid-Domus.
7. Coffee Morning iehor b’risq il-parrocca ser isir nhar l-Erbgha li gej mid-9.15am ‘l quddiem f’ Dar S. Katarina.
8. Dawk it-tfal subien li jixtiequ jaghtu servizz bhala abbatini ghandhom jibdew jattendu l-laqgha minn nhar is-Sibt fic-Centru Nazju Falzon fid-9am
IL-HAMIS
9. Infakkru li din il-gimgha u l-gimgha d-diehla l-Ezercizzi ghall-Mizzewgin ser isiru l-Hamis u mhux il-Gimgha, fis-7.15pm fil-knisja parrokkjali.
IL-GIMGHA
10. Qed issir sejha mill-gdid ghal dawk li jixtiequ jkunu reffiegha tal-Vara ta’ S. Katarina. Il-formoli jingabru mill-ufficcju parrokkjali jew minghand Guzeppi Mercieca. Il-formoli iridu jigu lura fl-ufficcju sat-18 ta’ April.
IS-SIBT
11. Infakkru li l-volontiera li ghandhom ‘l fuq minn 60 sena mitluba li jirritornaw kemm jista jkun malajr, il-kwestjonarju li nghatalhom marbut ma’ progett tal-Caritas. Jekk ghal xi raguni hemm bzonn aktar formoli, jistghu jingabru mill-ufficcju.
IL-HADD
12. Minn dan il-weekend ser ikun hemm figolli ghall-bejgh b’ risq il-knisja, minn hdejn il-bieb tas-sagristija. Wiehed jista jkompli jaghmel l-ordnijiet tieghu lill-helpers.
OHRAJN
13. Il-Kumitat tal-Gimgha Kbira ser jipproduci DVD tal-purcissjoni, li tkun ghal bejgh ftit gimghat wara. Importanti li dawk kollha interessati li jixtru kopja, ghandhom jaghtu isimhom minn issa lill-kumitat jew lill-kaxxier Mark Busuttil.
14. Il-kunsill Lokali jistieden lil dawk l-ghaqdiet kollha li behsiebhom jiehdu sehem f’ “Zejt iz-Zejtun” din is-sena ghal-laqgha l-Hadd li gej fl-10.00 fil-Kunsill Lokali.