It-Tielet Hadd tar-Randan - Sena C - 07.03.10

IL-HADD

1.      Ghada / (Dalghodu) hemm in-nofs ta’ nhar irtir ghall-fratelli kollha. Ser isir fil-kappella tas-Sinjura bejn id-9.00 u l-12.00pm. Il-fratelli iridu igibu maghhom il-formola li fiha jindikaw f’ liema fratellanza ser jasoccjaw ruhhom.
 
2.     Il-Parrocca qed toffri opportunita ohra ghall-familja kollha, ta’ taghrif u taghlim kulturali permezz tal-Harga Kulturali li ser issir l-Hadd li gej mit-8.30am san-12.30am. Ser inkunu akkumpanjati minn gwida professjonali fiz-zjara tat-Tlett ibliet. Biljetti mill-ufficcju u tluq minn wara l-knisja parrokkjali.
 
IT-TNEJN
3.     Lill-voluntiera kollha fil-parrocca li ghalqu s-60 sena tqassmu kwestjonarju qasir li ser jghin f’progett li qed twettaq il-Caritas Malta . Importanti hafna li l-formoli jigu lura fl-ufficcju parrokkjali sa tmiem din il-gimgha. Jekk hemm anzjani li qed jghinu anzjani ohra f’ xi hidma volontarja ghandhom jimlewha ukoll u ghandhom jigbru formola mill-ufficcju.
 
4.     Nhar / (Ghada) t-Tnejn u nhar il-Hamis hemm l-ewwel zewg riflessjonijiet dwar in-Nisrani u l-Ambjent li l-Parrocca qed torganizza ghal waqt ir-Randan. Jibdew fis-7.15pm f’ Dar it-Taghlim San Girgor.
 
IT-TLIETA
5.     It-Tlieta bejn is-7.30pm u 8.30pm se tkompli l-outreach miz-zghazagh. Tul l-istess hin ikun hemm qassis disponibbli ghal qrar ghaz-zghazagh fil-kappella ta l-adorazzjoni.
 
6.     Il-laqgha miftuha ghan-nisa kollha, organizzata mill-Azzjoni Kattolika ghal Jum il-Mara ser issir nhar it-Tlieta li gej fid-9.00am fic-Centru Nazju Falzon. Wara jkun hemm harga socjali.
 
L-ERBGHA
7.     L-ahhar laqgha ghall-partecipanti fil-purcissjoni tal-Gimgha Kbira ser issir nhar l-Erbgha li gej fis-7.15pm fil-knisja parrokkjali biex igeddu t-tesserament taghhom dawk li jiehdu sehem mill-vara tal-Veronika sal-ahhar.
 
8.     Napprezzaw li dawk li ma setghux jigu nhar l-Erbgha li ghaddew,ghandhom jigu fl-Oratorju mis-6.00pm ‘l quddiem biex jaghmlu t-tesserament taghhom.
 
9.     L-gharajjes li ser jizzewgu bejn Lulju u Ottubru ta’ din is-sena ghandhom it-tieni u l-ahhar laqgha ta’ thejjija mill-qrib nhar l-Erbgha li gej fit-8.00am fis-Sala Parrokkjali.
 
IL-HAMIS
10. Il-Hamis li gej adorazzjoni ghal vokazzjonijiet wara il-quddiesa ta filghaxija fil-Knisja Parrokkjali
 
11.   Dawk it-tfal subien li jixtiequ jaghtu servizz bhala abbtini ghandhom jibdew jattendu l-laqgha minn nhar is-Sibt fic-Centru Nazju Falzon fid-9am.
 
12. Ir-romol ghandhom il-laqgha li jmiss nhar il-Hamis li gej fid-9.00am fic-Centru Nazju Falzon minflok Dar S. Katarina.
 
IL-GIMGHA
13. Lezzjonijiet ta’ ezercizzji fizici ser jibdew nhar ta’ Tnejn u l-Gimgha bejn is-6.oo u s-7.00 ta’ filghaxija f’ Dar it-Taghlim San Girgor. Dawk interessati jmorru ghall-ewwel lezzjoni nhar / (ghada) t-Tnejn.
 
14. Dan ix-xahar ser jibda ukoll kors ghal min irid jitghallem jiekol tajjeb u jnaqqas il-piz. Hemm 10 laqghat, darba fil-gimgha li jibdew aktar tard dan ix-xahar. Araw il-posters fuq in-noticeboards.
 
IS-SIBT
15. Produzzjoni ta’ Play tajba hafna tal-kittieb Lino Grech ser tittella mid-Domus s-Sibt u Hadd li gej bl-isem “Divorzju bi Prova”. Ma nhallux ghall-ahhar ghall-biljetti.
 
16. Adorazzjoni u quddiesa bhala talb ghal vokazzjonijiet godda u ghas-sacerdoti ser issir fil-parrocca tal-Isla nhar is-Sibt li gej. Tluq fid-9.15pm minn wara l-knisja parrokkjali.
 
IL-HADD
"Il-Kunsill Lokali Zejtun jistieden lil kulhadd ghal seminar bit-tema, "Il-Fratellanzi... ilbierah u llum" li gej, fis-sala tal-Kunsill Lokali, bejn id-9.30am u 12.00pm."
 
OHRAJN
17. Qed issir sejha mill-gdid ghal dawk li jixtiequ jkunu reffiegha tal-Vara ta’ S. Katarina. Il-formoli jingabru mill-ufficcju parrokkjali jew minghand Guzeppi Mercieca. Il-formoli iridu jigu lura fl-ufficcju sat-18 ta’ April.
 
18. Hawn xi persuna li qed tghid li qed taghmel xi gbir ghall-MUSEUM tas-subien. Is-Superjur tal-MUSEUM tas-subien jixtieq jinforma lil kulhadd li dan mhux minnu u hadd m’ ghandu jaghti flus. L-Arcipriet jiehu l-opportunita biex ifakkar li l-parrocca ghandha ssostni l-hidma voluntarja tal-MUSEUM b’ risq it-tfal taghna b’ donazzjonijiet li jsiru direttament lis-superjur tal-qasam.
 
19. Il-Kumitat tal-Gimgha Kbira ser jipproduci DVD tal-purcissjoni, li tkun ghal bejgh ftit gimghat wara. Importanti li dawk kollha interessati li jixtru kopja, ghandhom jaghtu isimhom minn issa lill-kumitat jew lill-kaxxier Mark Busuttil.
 
20.            Ghad baqa’ xi ftit li ghadhom ma gabux l-offerti taghhom tal-mixja sad-Dar tal-Providenza. Mitluba li jaghmlu dan sa nhar / (ghada ) t-Tnejn.
 
21. RIP           Zaren Axisa, Catherine Falzon, Frangisku Spiteri, Carmelo Bonavia, Salvina Barbara. Aghtihom Mulej il-mistrieh…

Alla Mieghek

Henjin dawk il-qaddejja li meta jigi sidhom isibhom jishru. Jekk jigi Gesu bhalissa jsibek tistennieh?

 

Blessed are those servants that when their master arrives, finds them waiting for him. If Jesus had to come at this moment. will he finds you waiting for him?