It-Tieni Hadd tar-Randan - Sena C - 28.02.10
IL-HADD
1. L-Ezercizzi ghal kulhadd filghodu ser jibdew nhar / (ghada) t-Tnejn li gej fit-8.15am, hekk kif tintemm il-quddiesa tat-7.45am. Ser imexxi dawn ir-riflessjonijiet Dun Andrew Borg.
IT-TNEJN
2. Laqgha ta’ talb ghall-koppji mizzewgin ser issir nhar / (ghada) t-Tnejn fis-7.30pm fil-knisja ta’ San Girgor. Ser ikun hemm talb specjalment ghal koppji f’ diffikulta partikolari. B’ Din l-attivita l-kummissjoni Parrokkjali Familja trid tinkoraggixxi lill-koppji kollha biex nifhmu l-bzonn tat-talb fuq dak li nkunu ghaddejjin minnu u li nistiednu koppji ohra biex jattendu ukoll.
IT-TLIETA
3. Laqgha ta’ talb ta’ Patri Piju tal-Pjagi ser ssir nhar it-Tlieta li gej fil-5.30pm fil-Knisja ta’ San Girgor bir-Ruzarju u Quddiesa.
4. L-iscouts ser jorganizzaw zjara fil-Knisja ta’ San Girgor fejn ikollhom spjega qasira dwar l-istorja tal-Knisja. Din ser issir nhar it-Tlieta li gej fis-6.30pm.
5. Ghal Jum il-Mara l-Azzjoni Kattolika qed torganizza tahdita b’ kelliema specjali, nhar it-Tlieta li gej 8 ijiem fid-9.00am fic-Centru Nazju Falzon u wara jkun hemm B’Fast f’ Lukanda f’ tas-Sliema. Biljetti mill-kumitat.
L-ERBGHA
6. It-tieni laqgha ta’ tigdid tat-tessera ghal dawk li huma permessi li jiehdu sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha Kbira ser issir nhar l-Erbgha li gej 3 ta’ Marzu fis-7.15pm fil-knisja parrokkjali. Ghal din il-laqgha jridu jkunu prezenti dawk li jiehdu sehem bejn il-vara tal-Marbut u l-Vara tal-Veronika.
7. Madwar 40 persuna ma gewx ghall-ewwel laqgha biex igeddu t-tessera. Huwa mportanti li jigu nhar l-Erbgha li gej 3 ta’ marzu fis-6.00pm fl-Oratorju.
8. L-Gharajjes li ser jizzewgu bejn Lulju u Ottubru ta’ din is-sena huma mfakkra li ghandhom l-ewwel laqgha ta’ thejjija mill-qrib ghaz-zwieg taghhom nhar l-Erbgha li gej 3 ta’ Marzu fit-8.00pm fis-Sala Parrokkjali. It-tieni laqgha tkun 8 ijiem wara fl-istess hin u post.
IL-HAMIS
9. Gurnata Adorazzjoni fis-Seminarju ghall-vokazzjonijiet ser issir nhar il-Hamis li gej mid-9.30am sas-6.30pm. Fil-bidu u fl-ahhar tal-gurnata jkun hemm quddiesa. Il-parrocca tixtieq li jkun hemm grupp li jitla regolari ghal xi hin u ghalhekk dawk mhajrin mitluba jinfurmaw l-ufficcju ghat-trasport.
IL-GIMGHA
10. l-Ezercizzi ghall-mizzewgin ikomplu nhar il-Gimgha li gej fil-Knisja Parrokkjali fis-7.15pm. L-ewwel riflessjoni mis-Sur Tonio Caruana, Socju tal-MUSEUM kienet apprezzata immens min-numru kbir ta’ koppji prezenti.
IS-SIBT
11. Il-Parrocca ser torganizza tlett riflessjonijiet ghal waqt ir-Randan b’ tema fuq il-Hajja Nisranija u l-Ambjent. Ser isiru fit-8, 11 u 15 ta’ Marzu fis-7.15pm. fic-Centru Nazju Falzon. Huma miftuha ghal kulhadd.
IL-HADD
12. Il-Fratelli huma mfakkra li nhar il-Hadd li gej ghandhom nofs ta’ nhar irtir fil-kappella tas-Sinjura bejn id-9.00am u nofsinhar. Ser imexxi l-meditazzjonijiet u l-quddiesa Patri Dijonisju Mintoff OFM. Il-fratelli huma mfakkra li dan l-irtir huwa obbligatorju.
13. Tmien tijiem wara l-Kunsill Lokali ser jorganizza laqgha miftuha ghal kulhadd dwar l-istorja tal-Fratellanzi, fis-Sala tal-Ufficcju tal-Kunsill.
OHRAJN
14. Waqt li napprezzaw li dawk li attendew ghall-mixja sad-Dar tal-Providenza kienu madwar 70, dawk li ghadhom m’ ghaddewx l-offerti taghhom lill-organizatturi huma mitluba li jaghmlu dan sa nhar l-Erbgha li gej fl-ufficcju parrokkjali.
15. Infakkru fir-registrazzjoni ghat-tfal u zghazagh li jixtiequ jattendu ghal-laqghat li ser isiru rispettivament waqt iz-zjara tal-Papa. L-informazzjoni kollha mill-ufficcju.
16. Il-Kunsill Lokali ser jorganizza weekend Break bejn id-9 u 11 ta’ April. L-informazzjoni mill-kunsill.
17. RIP Salvu Spagnol, Marija Bonnici, Carmela Grech. Aghtihom Mulej…