L-Ewwel Hadd tar-Randan - Sena C - 21.01.10

 

IL-HADD
1.      Nifirhu lis-seminaristi li qeghdin maghna dan il-weekend. Nawguraw lilhom u lil shabhom formazzjoni profonda. F’isem ir-Rettur tas-Seminarju l-Arcipriet jirringrazzja lil kull familja fiz-Zejtun li bl-offerti generuzi li nghataw, ghal darb’ohra naghmlu gabra tajba. Min irid jaghti xi donazzjonijiet personali ghas-Seminarju ghandu javvicina xi hadd minna s-sacerdoti.
 
IT-TNEJN
2.     Nhar it-Tnejn u Tlieta se tkun celebrata l-ewwel qrara tat-tfal fil-Knisja Parrokkjali fis-7.15pm. It-tfal huma mitluba jgibu maghhom ritratt taghhom ghal din ic-celebrazzjoni.
 
3.     Fethu r-registrazzjonijiet ghat-tfal bejn 8 u 12-il sena li jixtiequ jattendu l-laqgha li ser jsir ghat-tfal mal-Papa is-Sibt 17 ta' April fil-5pm fil-Belt Valletta . Dawk it-tfal li jixtiequ jattendu ghandhom jinkitbu fl-ufficcju parrokkjali. Ghal din l-okkazzjoni tnediet ukoll kompetizzjoni ta’ kitba u tpengija ghat-tfal. Applikazzjonijiet ghal din il-kompetizzjoni jingabru wkoll mill-ufficcju parrokkjali.
 
IT-TLIETA
4.     Iz-zghazagh wkoll huma mitluba jirregistraw biex jiehdu sehem fl-attivita apposta ghalihom waqt iz-zjara tal-Papa. IL-Papa se jiltaqa maz-zghazagh il-Hadd 18 ta' April fil-Valletta waterfront. Dawk iz-zghazagh li jixtiequ jattendu huma mitluba jinkitbu fl-ufficcju parrokkjali.
 
5.     Matul din il-gimgha zghazagh mill-parrocca taghna se jkunu qed jaghmlu outreach fil-parrocca biex jiltaqghu maz-zghazagh u jistednuhom jiehdu sehem f'diversi attivitajiet ghalihom.
 
6.     Coffee Morning ser jigi organizzat fid-Domus nhar it-Tlieta li gej mid-9.00am ‘l quddiem. Hu miftuh ghal kulhadd.
 
7.     Adorazzjoni ohra mmexxija mill-grupp tal-Hniena Divina ser issir nhar it-Tlieta li gej fil-kappella tas-Salvatur bejn is-7.00 u t-8.00pm.
 
L-ERBGHA
8.     Nhar l-Erbgha se jsir laqgha ghaz-zghazagh 18+ fl-ufficcju parrokkjali fit-8pm.
 
IL-HAMIS
9.     Ser jibdew il-laqghat ta’ registrazzjoni u ghoti tat-Tessera lil dawk li jiehdu sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Nhar l-Erbgha l-laqgha fil-Knisja parrokkjali ser tkun fis-7.15pm ghal dawk li jiehdu sehem bejn l-istandard u l-vara tal-Marbut.
 
IL-GIMGHA
10. Harga ghall-anzjani organizzat mill-grupp inkarigat fid-Djakonija ser issir nhar il-Gimgha li gej fil-Plaza Hotel. Il-biljetti ghal dan il-coffee morning minghand il-grupp inkarigat. It-tluq fid-9.00am minn wara l-knisja parrokkjali.
 
11.   L-Ezercizzi Spiritwali ghall-mizzewgin ser jibdew nhar il-Gimgha li gej fis-7.15pm fil-knisja parrokkjali. Bhal dawn l-ahhar snin ser isiru darba fil-gimgha u ser imexxi r-riflessjonijiet, s-Sur Tonio Caruana, Socju tal-MUSEUM u Assistant Surmast fl-iskola ta’ St.Michael. Il-Parrocca stiednet lis-Sur Caruana wara li hu diga kien qasam riflessjonijiet sbieh u profondi li gew apprezzati hafna waqt laqghat ma’ genituri, tfal u gruppi ta’ adulti.
 
12. Il-Mixja sponsorjata mill-parrocca sad-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi ser issir nhar il-Gimgha li gej. It-tluq ikun ftit wara li jintemmu l-Ezercizzi spiritwali. Dawk gejjin mitluba igibu l-formola ta’ sponsors flimkien mal-flus. Ghad hemm cans biex wiehed jigbor formoli ohra mill-ufficcju parrokkjali.
 
IS-SIBT
13. Il-koppji mizzewgin kollha huma mistiedna ghal mument ta’ riflessjoni spiritwali flimkien bhala thejjija ghal waqt ir-Randan, Il-laqgha ser tkun bhal nhar / (Ghada) t-Tnejn tmint ijiem fis-7.30pm fil-knisja ta’ San Girgor.
 
IL-HADD
14. Waqt li l-parrocca tixtieq mhux biss tkompli imma zzid il-messaggi permezz tal-Progett ALLAMIEGHEK, ta’ kull nhar ta’ Sibt filghodu, infakkru li ma nixtiequx li jinhlew messaggi li jintbghatu lil numri antiki ghax wiehed ma jkunx infurmana li biddel in-numru tieghu. Nitolbu ghalhekk li kull min biddel in-numru u ma nfurmanix kif ukoll dawk li jridu jibdew jircievu l-messagg, ghandhom jaghtuna n-numru tal-mobile u importanti hafna l-eta ukoll ghax inkella ma jkunx jista jigi registrat jew ikkoregut in-numru.
 
OHRAJN
15. L-ezercizzi spiritwali ghal kulhadd filghodu ser jibdew bhat-Tnejn 8 ijiem u ser jibdew fit-8.15am ie ezatt kif tintemm il-quddiesa tat-7.45am. Ser jitmexxew mis-sacerdot gdid fil-parrocca taghna Dun Andrew Borg.
 
16. RIP           Maria Dolores Zaffarese, Carmelo Spiteri, Benedittu Bonnici, Marija Cremona. Aghtihom Mulej….

Alla Mieghek

Henjin dawk il-qaddejja li meta jigi sidhom isibhom jishru. Jekk jigi Gesu bhalissa jsibek tistennieh?

 

Blessed are those servants that when their master arrives, finds them waiting for him. If Jesus had to come at this moment. will he finds you waiting for him?