Avvizi: Il-Hames Hadd ta' matul is-sena - Sena C - 7.02.10
IL-HADD
1. Dan il-weekend L-Istitut Paulo Freire tal-Gizwiti qed jaghmel stedina miftuha ghal kulhadd biex izzuru l-Bazaar b’ risq is-servizzi b’ xejn li jinghataw mill-istess Istitut ghal gid socjali ta’ hafna minna. Il-Bazaar miftuh il-hin kollu fl-istess Istitut wara l-knisja u Dar S. Katarina.
IT-TNEJN
2. Din il-gimgha jkomplu l-laqghat ta’ informazzjoni fuq il-Progett Skart imniedi mill-kunsill Lokali. Kull fejn hemm laqgha ghat-tfal ikunu jistghu jattendu ukoll il-genituri jekk l-ispazju jippermetti. Irreferu ghall-karta li tqassmet mal-Fuljett Flimkien.
IT-TLIETA
3. Il-Parrocca qed torganizza irtir ghaz-zghazagh ghal waqt ir-Randan bejn id-19 u 21 ta’ Marzu fis-Seminarju r-Rabat. Ghad hemm xi postijiet vojta. Dawk interessati ghandhom jikkuntattjaw lil Fr Mario, l-vici.
L-ERBGHA
4. Nhar l-Erbgha hija l-Festa ta’ San Pawl Missierna. Ghalkemm il-hin tal-quddies huwa bhal matul il-gimgha, imma lkoll mitluba nosservaw din il-Festa Solenni, mill-anqas, bis-sehem taghna tal-quddiesa. Il-quddiesa ta’ lejliet tkun tghodd ghall-Festa.
5. Infakkru fil-Carnival Party organizzat mid-Domus fil-15 ta’ Frar. Applikazzjonijiet mid-Domus stess.
IL-HAMIS
6. Adorazzjoni ghall-Vokazzjonijiet ser ssir nhar il-Hamis li gej fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. It-tema ser tkun dwar il-Hajja Konsagrata Religjuza.
IL-GIMGHA
7. Id-Domus qed jorganizza Pygama Night ghat-tfal bejn 7 u 11 il-sena. Dettalji u applikazzjonijiet mid-Domus stess minn nhar it-Tlieta. Ser issir fid-Domus l-Gimgha 5 ta’ Marzu u jkun hemm loghob, film u hsibijiet ghat-tfal, kif ukoll party.
IS-SIBT
8. Lejla ta’ talb ghall-vokazzjonijiet u sacerdoti ser issir nhar is-Sibt li gej fil-Parrocca ta’S.Elena, B’Kara. IL-quddiesa tibda fl-9.45pm u tkompli b’ Adorazzjoni sa nofs il-lejl. Ghat-trasport irreferu fl-ufficcju parrokkjali.
9. Ikla miftuha ghal kulhadd hija organizzata mill-Grupp Attivitajiet socjali, nhar is-Sibt li gej f’ Dar S. Katarina mis-7.30pm ‘l quddiem.
IL-HADD
10. Hemm l-applikazzjonijet ghall-mixja sponsorjata b’ risq id-Dar tal-Providenza li l-parrocca qed torganizza fis-26 ta’ Frar mit-8.30pm ‘l quddiem. Waqt li nfakkru li din hija attivita miftuha ghal kulhadd, il-leaders tal-ghaqdiet mitluba jigbru kopji tal-applikazzjonijiet u jheggu l-membri taghhom. Inheggu biex naghmlu flimkien minn din l-attivita, wahda tassew parrokkjali.
OHRAJN
11. Il-Kappillani tal-Parrocci taghna jinkuragguna biex insegwu l-programm bl-isem “Merzuq; Ragg ta’ Ahbar Tajba”, li huma qed itellghu kull nhar ta’ Tlieta filghaxija fuq Radju RTK bejn id-9.00 u l-10.00pm. Huwa programm ta’ esperjenzi u diskussjoni LIVE fuq temi attwali li jolqtu l-hajja tal-parrocci u l-Knisja taghna. Mistiedna biex incemplu waqt il-programm.
12. Is-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ qieghed javza li t-tilqima kontra l-influwenza AH1N1 qed tinghata lil kulhadd. Min irid jiehu t-tilqima jista jmur fi kwalunkwe centru tas-sahha li qed joffru dan is-servizz b’xejn mis-saghtejn ta’ wara nofsinhar sat-tmienja ta’ filghaxija, inkluz il-Hadd.
13. Konna mitlubiin navzaw, ghall-informazzjoni ta' kulhadd li l-ufficcju tas-Sigurta' Socjali se jibda jkun Triq S. Anglu, iz-Zejtun ma' genb l-ufficcju tal-Kunsill Lokali taz-Zejtun.
14. RIP Carmena Scicluna.