Avvizi: Ir-Raba Hadd ta' matul is-sena - Sena C - 31.01.10
IL-HADD
1. Ghada / (Il-lejla) jkun iccelebrat l-anniversarju ta’ dawk li zzewgu matul dan ix-xahar fis-6.00pm.
IT-TNEJN
2. Il-Kunsill Lokali qed iniedi l-Progett “Sfida Skart” bis-sehem tal-familji kollha fil-parrocca. L-iskop huwa l-bzonn ta’ kontroll fuq l-iskart ghal ambjent aktar nadif. Il-Knisja zzomm l-Ambjent bhala Prijorita Urgenti u ghalhekk il-parrocca taghna permezz tal-Kummissjoni Ambjent qed tippartecipa u toffri l-ghajnuna fil-parti tal-edukazzjoni u informazzjoni fuq dan il-Progett. Flimkien mal-Kunsill ser isiru laqghat mal-gruppi tal-parrocca, sew tfal kif ukoll kbar.
3. Ghalhekk din il-gimgha ssir laqgha mal-Azzjoni Kattolika, il-grupp tar-Romol, u l-abbatini fil-hin taghhom tas-soltu. Barra minn hekk
Nhar it-Tnejn fl-3.45pm ghas-subien f’ Centru Nazju Falzon
it-Tlieta fl-4.30pm ghat-tfal kollha li jattendu Duttrina f’ Tal-Hniena,
l-Erbgha fl-4.30pm ghat-tfal f’ Gebel San Martin,
il-Hamis fil-5.30pm ghat-tfal kollha li jattendu fil-MUSEUM Bniet u
l-Gimgha fl-4.30pm ghat-tfal kollha li jattendu f’ Dar it-Taghlim San Girgor.
Il-Gimgha fis-6.00pm ghall-membri tal-Guides fid-Domus.
4. Laqgha ta’ talb ta’ Patri Piju tal-Pjagi ser issir nhar / (Ghada) t-Tnejn 1 ta’ Frar fil-5.30pm fil-knisja ta’ San Girgor bil-qudiesa u Ruzarju.
IT-TLIETA
5. Il-koppji li ghammdu t-tarbija taghhom matul is-sena l-ohra huma mistiedna ghall-Prezentazzjoni tat-tarbija waqt ic-Celebrazzjoni tal-Kandlora, nhar it-Tlieta li gej fis-6.30pm fil-knisja parrokkjali. Il-familji koncernati mitluba jinfurmaw l-ufficcju.
L-ERBGHA
6. Coffee Morning iehor ser isir nhar l-Erbgha li gej f’ Dar S. Katarina mid-9.00am ‘l quddiem.
IL-HAMIS
7. Ir-romol huma mfakkra li ser issir harga b’ riflessjoni ghalihom nhar il-Hamis li gej. It-tluq fid-8.45am minn wara l-knisja parrokkjali. Ikun hemm quddiesa u laqgha fic-centru tal-Patrijiet Terezjani f’ Tas-Silg. Tajjeb ninfurmaw minhabba t-trasport.
8. Il-laqgha organizzata mill-parrocca mal-Professjonisti, gradwati u dawk li jahdmu fis-servizz pubbliku u dawk li ghandhom xi amministrazzjoni ta’ xi entita anke private, ser issir il-Hamis li gej fis-7.30pm fis-Sala Parrokkjali. Is-suggett jitratta l-Valur tal-Flus illum.
9. Gurnata talb ghall-vokazzjonijiet fis-seminarju ser issir il-Hamis li gej. Tibda fid-9.30am bil-quddiesa u tintemm fis-6.30pm b’ quddiesa ohra animata mis-seminaristi. Kulhadd mistieden
IL-GIMGHA
10. Infakkru li kull nhar ta’ Gimgha qed ikun hemm siegha adorazzjoni u talb organizzata miz-zghazagh stess fil-kappella tas-Sagrament hdejn l-Ufficcju Parrokkjali. Inheggu lil kulhadd biex inwasslu dan l-avviz liz-zghazagh.
IS-SIBT
11. Bazaar b’ risq l-Istitut Paulo Freire ser isir fil-weekend li gej fic-centru stess wara l-Knisja u f’ Dar S. Katarina. Hemm ghal bejgh oggetti godda u ukoll uzati. L-iskop huwa biex jkunu jistghu jibqghu jinghataw tant servizzi bla hlas lil kull min ikollu bzonn.
IL-HADD
12. Din il-gimgha beda jitqassam il-Fuljett FLIMKIEN. Nigbdu l-attenzjoni ghall-Kelma tal-Arcisqof dwar kif irridu nkunu nsara llum f’ Malta . Hemm noti dwar mgieba ahjar min-naha taghna lkoll fil-knisja.
OHRAJN
13. Attivita socjali permezz ta’ ikla ser issir f’ Dar S. Katarina s-Sibt 13 ta’ Frar mis-7.30pm ‘l quddiem. Bookings minn issa.
14. Matul din il-gimgha il-parrocca se tkun qed taghmel survey bit-telfon fost iz-zghazagh. Xi zghazagh se jigu ikuntattjati bit-telefon mill-ufficju parrokkjali. Nitolbukom tikoperaw maghna f'dan l-ezercizzju.
15. Donazzjonijiet ghall-hidma b’ risq il-fqar mis-sorijiet tal-Egittu gewwa l-Luxor fl-Egittu ser jibqghu jintlaqghu matul din il-gimgha biss, minn xi hadd minna s-sacerdoti.
16. Infetthu l-applikazzjonijiet ghal mixja providenzjali mill-Parrocca sad-Dar tal-Providenza. Ser tkun il-Gimgha 26 ta’ Frar fit-8.30pm (biex tilhaq tispicca r-riflessjoni tal-ezercizzi spiritwali ghall-mizzewgin) minn wara l-Knisja parrokkjali. Ikun hemm ukoll quddiesa. Dawk interessati ghandhom jaghtu isimhom fl-ufficcju.
17. Ghall-informazzjoni ta’ kulhadd inkluz l-entitajiet civili kollha, il-Parrocca ser torganizza l-attivita “Il-Parrocca Tistiednek” fl-ahhar weekend ta’ Mejju ie mit-28 sat-30 ta’ Mejju. Nitolbu l-koperazzjoni ta’ kulhadd. Dettalji tal-mod kif kull entita ser tkun mistiedna tiehu sehem johorgu aktar tard. Minn issa nitolbu biex kull min jixtieq, jista jizra xi pjanti biex jinbieghu dak in-nhar.
18. Miftuha l-bookings ghall-Carnival Party fil-15 ta’ Frar fid-Domus.
19. RIP Mikiel Carabott, Mikelina Vella, Francis Bugeja, Guzeppi Muscat,