Avvizi: It-Tielet Hadd ta' Matul is-sena - Sena C - 24.01.10
IL-HADD
1. Nhar il-Hadd li gej il-parrocca torganizza l-gurnata ghall-familji. It-tfal ikollhom program ghalihom. It-tema ser tkun dwar “Iz-Zwieg u d-Divorzju”. Infakkru li qed norganizzaw transport minn wara l-knisja parrokkjali fid-8.45am u l-ikel ser jkun provdut ghal kulhadd. Il-gurnata tintemm b’ quddiesa fl-3.45pm. Importanti li jekk ghad hawn min jixtieq jattendi u ghadu ma nfurmax l-ufficcju, jaghmel dan sa’ nhar l-Erbgha filghaxija.
2. Ghad baqa’ xi ftit postijiet ghat-trasport ghall-quddiesa tal-anniversarju ta’ Mons Arcisqof li ser issir ghada / (il-lejla) fil-5.30pm. It-trasport fl-4.30pm minn wara l-knisja parrokkjali. Importanti li min gej, jaghti ismu minn qabel.
3. Minn dan il-weekend ser nibdew nattwaw l-esperjenza ta’ thejjija ghall-quddiesa minn dawk kollha li joffru servizz fl-animazzjoni tal-quddies, jigifieri, s-sacerdot, animaturi, letturi, ministri tat-Tqarbin, organisti u abbatini kbar. Dawn iridu jkunu 5 minuti qabel il-quddiesa fil-kor tal-knisja parrokkjali u fis-sagristija fiz-zoni u kappelli ohra.
IT-TNEJN
4. L-addolexxenti huma mfakkra fil-laqghat ghalihom fic-Centru Nazju Falzon, skond l-eta. Dawk li ghandhom 15 u 16 il-sena jiltaqghu nhar ta’ Tnejn fit-8pm u dawk bejn 13 u 14 il-sena nhar ta’ Erbgha fis-7.15pm.
IT-TLIETA
5. Adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Hniena Divina ser issir nhar it-Tlieta li gej fis-7.00pm fil-Knisja tas-Salvatur.
6. F’ dawn il-granet il-familji li kellhom tarbija gdida u giet mghammda matul is-sena l-ohra qed jircievu stedina biex jipprezentaw it-tarbija taghhom waqt il-Festa tal-Prezentazzjoni tal-Mulej–il-Kandlora, nhar it-Tlieta 2 ta’ Frar fil-quddiesa ta’ Filghaxija fis-6.30pm. Il-parrocca hasbet biex ghal din l-okkazzjoni jkun hemm l-fotografu ufficcjali ghas-servizz taghkom. Importanti hafna li l-familji li gejjin, jinfurmaw l-ufficcju parrokkjali.
L-ERBGHA
7. Laqgha ghaz-zghazagh 18+ ser issir nhar l-Erbgha fit-8pm f'Dar it-Taghlim San Girgor dwar l-attwalita tas-sagramenti.
8. Il-grupp li f’ Dicembru li ghadda marru l-Egittu ltaqghu ma’ soru miz-Zejtun li hi fil-Komunita tas-Sorijiet tal-Egittu u tahdem ma’ persuni b’ dizabbilita, tfal orfni u foqra gewwa Luxor fl-Egittu. Din is-soru fil-prezent qeghda hawn Malta u min jixtieq jghaddilha donazzjonijiet fi flus ghal missjoni taghhom fl-Egittu gentilment mitlub javvicina lill-Arcipriet matul din il-gimgha.
IL-HAMIS
9. Coffee Morning ser ikun organizzat mill-Azzjoni Kattolika l-Hamis li gej gewwa lukanda f’ Tas-Sliema. Ikun hemm quddiesa fi knisja parrokkjali. Biljetti mill-kumitat.
10. Gurnata talb ghall-vokazzjonijiet fis-seminarju ser issir il-Hamis 4 ta’ Frar. Tibda fid-9.30am bil-quddiesa u tintemm fis-6.30pm b’ quddiesa ohra animata mis-seminaristi. Kulhadd mistieden.
IL-GIMGHA
11. Bhala parti mit-thejjija ghaz-zjara tal-Papa,qed jigi ffurmat il-kor ghall-okkazzjoni. Ghal Dawk kollha interessati li jiehdu sehem ser isiru “Auditions” ghall-kbar nhar il-Gimgha u s-Sibt li gej u ghat-tfal u addolexxenti l-Gimgha u Sibt 5 u 6 ta’ Frar fil-Kurja l-Furjana. Aktar informazzjoni mill-ufficcju parrokkjali.
12. Il-Parrocca qed tahseb biex taghmel laqgha mal-Professjonisti, gradwati u dawk li jahdmu fis-servizz pubbliku u dawk li ghandhom xi amministrazzjoni ta’ xi entita anke privata. Il-laqgha ser tkun l-Hamis 4 ta’ Frar fis-7.30pm fis-Sala Parrokkjali. Is-suggett jitratta l-Valur tal-Flus.
IS-SIBT
13. F’rabta ma’ Jum il-Karita, li qed niccelebraw illum,infakkru li l-qfief biex noffru oggetti tal-ikel ser jibqghu sa nofs din il-gimgha. Jekk hemm min jixtieq jaghti xi offerti specjali fi flus ghandu javvicina lil xi hadd minna s-sacerdoti. Il-parrocca taghna din is-sena giet mitluba tghin lil Dar Merhba Bik.
IL-HADD
14. Il-koppji li jiccelebraw l-anniversarju dan ix-xahar huma mfakkra li l-Hadd li gej huma mistiedna ghal quddiesa ta’ ringrazzjament fis-6.00pm.
OHRAJN
15. Minhabba struzzjonijiet li gejna mghotija, dawk li diga qed jircievu ghajnuna f’ikel mill-Ewropa, kif ukoll dawk li gew avzati meta jerga jmisshom, mix-xahar id-diehel, iridu jipprezentaw il-karta li jinghataw mis-Social Services. Min diga ghandu l-karta jrid igeddidha. Min ma jipprezentax il-karta tas-social Services mhux ser ikun intitolat ghal din l-ghajnuna.
16. Id-Domus qed jorganizza l-Carnival Party ghal kulhadd. Il-booking huwa miftuh mid-Domus stess. Mitlubin ma nhallux ghall-ahhar.
17. Il-Kunsill Lokali Zejtun jixtieq javza li ser jorganizza weekend break ghal familja kollha bejn il-Gimgha 19 u l-Hadd 21 ta’ Frar. Ghal aktar informazzjoni, kif ukoll ghal biljetti rrikorru fil-Kunsill.
18. RIP Toni Brincat, Mary Guliano. Aghtihom Mulej il-mistrieh ta’ dejjem…