
Zjara Pastorali ta' Mons Arcisqof |
||
Mons Arcisqof Pawlu Cremona se jaghmel l-ewwel Vista Pastorali fil-Parrocca taz-Zejtun bjen is-7 u t-22 ta' Novembru 2009. Il-Vista ser tfitah nhar is-Sibt 7 ta' Novembru b'quddiesa fil-5.15pm fil-Knisja Parrokkjali. Dakinhar il-quddies kollu taz-Zoni ser jitnehha biex nuru ghaqda shiha ma Mons Arcisqof. Matul il-Vista Mons Arcisqof se jkollu diversi laqghat ma kategoriji differenti fil-parrocca taghna. Huwa ser jzur wkoll ic-centri kollha tad-duttrina, il-komunitajiet religjuzi u l-iskola primarja. Matul il-vista l-Arcisqof se jkollu c-cans jiltaqa man-nies wara il-quddies li se jqaddes kemm fil-Knisja Parrokkjali u kemm fiz-zoni. Huwa se jkollu cans wkoll li jiltaqa b'mod personli ma dawk li jixtiequ jkellmuh dwar xi aspett tal-parrocca. Il-Vista ta' Mons Arcisqof tilhaq il-qofol taghha b'assemblea parrokkjali fid-19 ta' Novembru fis-7.30pm fid-Domus. Ahna mheggin biex nitolbu halli din il-vista ta' Mons Arcisqof tahlli l-frott mixtieq. |
Laqghat ta' preparazzjoni ghall-Vista Pastorali |
|
It-Tnejn, 5 ta' Ottubru fil-Knisja tal-Madonna tal-Hniena (ghar-residenti ta' Bir id-Deheb) It-Tlieta, 6 ta' Ottubru fil-Knsija ta' San Girgor (ghar-residenti taz-zona ta' San Girgor) It-Tnejn, 12 ta' Ottubru fic-Centru Gebel San Martin (ghar-residenti ta' Gebel San Martin) It-Tlieta, 13 ta' Ottubru fil-Knisja Parrokkjali
|
Programm tal-Vista Pastorali |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Talba ghall-Vista Pastorali |
|
Il-Harsa taghna lejk tigbidna, u b'fiducja bla tarf fik nitolbuk: Mulej Gesu', Nilqghu minn idejk, u bhala reida tieghek, il-Vista Pastorali tal-Arcisqof taghna. Jalla tkun ghalina ilkoll esperjenza ta' grazzja, sinjal tal-presenza tieghek fostna fil-hajja taghna ta' kuljum, u okkazzjoni li tressaqna aktar lejk. Nitolbuk biex taghti l-gherf tieghek lil Arcisqof taghna, halli jaghraf juri lil kull komunita' parrokkjali t-triq li inti tridna niehdu; sahhu bil-grazzja tieghek biex jaghraf iwassal lil kulhadd l-imhabba u l-hajja hergin mill-kustat minfud tieghek. Nitolbuk biex il-vista li l-Arcisqof qed jaghmel f'ismek tghinna biex nimxu fuq il-passi tieghek rebbieh fuq il-mewt, f'dinja hafna drabi ghajjiena, mimlija dubji u qerq. Nitolbuk taghtina qalb miftuha u hafna umilta biex naqbdu mill-gdid toroq li forsi tlaqna u li nibnu mill-gdid pontijiet bejnietna li jaghtu hajja vera. Aghtina l-ghajnuna biex naqraw is-sinjali taz-zminijiet u minghajr biza nfasslu pjan ghall-futur. Ehlisna minn kull mentalita u gudizzju tal-imghoddi li jtellfuna li naghrfu aktar fil-fond ir-rieda tieghek. Ghinna biex nghixu f'komunjoni, u biex naghtu s-sehem attiv taghna fil-hajja tal-Knisja. Nirringrazzjawk tal-hwejjeg kbar li ghamilt fil-Knisja, tal-hafna talenti u karizmi. Ghinna biex inwarrbu kull tfixkil li gej mid-dghufija u l-limitazzjonijiet taghna, min-nuqqas ta' impenn u ta' generozita, u biex nahdmu aktar maghqudin flimkien. Vergni Marija u Qaddisin patruni taghna, itolbu ghall-komunita djocesana, biex issir dejjem aktar hajja, sabiha, qaddisa, missjunarja, ghas-servizz tal-bini tas-saltna ta' Alla fid-dinja. Ammen |
Henjin dawk il-qaddejja li meta jigi sidhom isibhom jishru. Jekk jigi Gesu bhalissa jsibek tistennieh?
Blessed are those servants that when their master arrives, finds them waiting for him. If Jesus had to come at this moment. will he finds you waiting for him?
| ||||